Għamos 8:1-14

8  Dan urieni l-Mulej Sovran Ġeħova, u, ara, kien hemm qoffa frott tas-sajf.+  Imbagħad hu qal: “X’qed tara,+ Għamos?” Għalhekk, jien għedt: “Qoffa frott tas-sajf.”*+ U Ġeħova qalli: “Wasal it-tmiem* għall-poplu tiegħi Israel.+ M’iniex se niskużahom iktar.+  ‘U l-għanjiet tat-tempju se jkunu tinwiħ f’dak il-jum,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. ‘Se jkun hemm ħafna iġsma mejtin.+ F’kull post, se jitwaddbu ’l barra—skiet!’  “Isimgħu dan, intom li qed taħtfu f’ħalqkom lil xi ħadd fqir+ biex teqirdu lill-ġwejdin taʼ l-art,+  billi tgħidu, ‘Kemm baqaʼ biex jgħaddi l-qamar ġdid+ ħalli nbigħu ċ-ċereali?+ U s-Sabat*+ ukoll, biex inbigħu l-qmuħ; sabiex inċekknu l-efa+ u nkabbru x-xekel u niffalsifikaw il-miżien tal-qerq;+  sabiex nixtru lill-batuti għal sempliċi fidda u lill-fqir għall-prezz taʼ par sandli, u biex inbigħu l-karfa tal-qmuħ?’+  “Ġeħova ħalef bis-Superjorità taʼ Ġakobb,+ ‘Qatt ma se ninsa l-għemejjel kollha tagħhom.+  Jaqaw mhux minħabba f’dan li l-art se titheżżeż,+ u kull abitant fiha se jkollu jitnikket;+ u kollha kemm hi se togħla l-istess bħan-Nil u titqalleb u tbatti bħan-Nil taʼ l-Eġittu?’+  “‘U jrid iseħħ f’dak il-jum,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘li nniżżel ix-xemx sewwasew f’nofsinhar,+ u ndallam l-art f’jum imdawwal. 10  Inbiddel il-festi tagħkom f’vistu+ u l-għanjiet kollha tagħkom f’għanja taʼ niket, u nġib ilbies taʼ l-ixkora fuq il-ġenbejn kollha u l-irjus kollha qargħin;+ nagħmel is-sitwazzjoni bħall-vistu għal iben waħdieni,+ u t-tmiem tagħha bħal jum taʼ mrar.’ 11  “‘Ara! Ġej żmien,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘meta se nibgħat ġuħ fuq l-art, ġuħ, mhux għall-ħobż, u għatx, mhux għall-ilma, imma għas-smigħ tal-kliem taʼ Ġeħova.+ 12  U se jiġu jitkaxkru minn baħar sa baħar, u mit-tramuntana sa tlugħ ix-xemx. Se jibqgħu jiġru ’l hemm u ’l hawn waqt li jfittxu l-kelma taʼ Ġeħova, imma ma jsibuhiex.+ 13  F’dak il-jum ix-xebbiet sbieħ se jħosshom ħażin, u l-ġuvintur ukoll, minħabba l-għatx;+ 14  dawk li qed jaħilfu bil-ħtija tas-Samarija,+ u li jgħidu: “Daqskemm hu ħaj l-alla tiegħek, O Dan!”+ u li jaħilfu bit-triq taʼ Bir-xeba.+ Jaqgħu u ma jqumux iktar.’”+

Noti taʼ taħt

“It-tmiem.” Bl-Ebrajk, ħaqqets; logħob bil-kelma Ebrajka qajits, “frott tas-sajf,” fl-ewwel parti tal-vers.
“Frott tas-sajf.” Bl-Ebrajk, qajits; jindika t-tmiem tas-sena agrikola.
Is-Sabat kien minn inżul ix-xemx tal-Ġimgħa sa nżul ix-xemx tas-Sibt. Ara Eżo 16:23, in-nota taʼ taħt.