Għobadija 1:1-21

  • Edom li hu kburi se jiġi umiljat (1-9)

  • Edom ikun vjolenti maʼ Ġakobb (10-14)

  • Il-jum taʼ Ġeħova kontra l-popli kollha (15, 16)

  • Id-dar taʼ Ġakobb se tiġi stabbilita mill-ġdid (17-21)

    • Edom se jinqered minn Ġakobb (18)

    • Is-saltna ssir taʼ Ġeħova (21)

 Il-viżjoni t’Għobadija:* Hekk jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* dwar Edom:* “Smajna aħbar mingħand Ġeħova,Intbagħat xi ħadd fost il-popli: ‘Ejja nippreparaw biex niġġieldu kontrih.’”   “Ġibtek ma tiswa xejn fost il-popli;Int immaqdar għalkollox.   Il-kburija taʼ qalbek qarrqet bik,Int li tgħix fil-kenn tal-blat,Li tgħix fl-għoli, u li qed tgħid f’qalbek,‘Min jistaʼ jniżżilni fl-art?’   Anki jekk tmur tgħix fl-għoli* bħall-ajkla,Jew jekk tqiegħed il-bejta tiegħek fost l-istilel,Jien minn hemmhekk inniżżlek,” jiddikjara Ġeħova.   “Jekk jidħlulek il-ħallelin, jekk jidħlu billejl dawk li jridu jisirquk,Mhux dak li jridu biss jisirqu? Jew jekk jidħlulek dawk li jaqtgħu l-għeneb,Ma jħallux huma xi tilqit? Imma int se tinqered għalkollox mill-għedewwa tiegħek!*   Kemm ġew imfittxin dawk t’Għesaw! Kemm fittxew għat-teżori moħbijin tiegħu!   Huma keċċewk ’il barra minn arthom. Dawk kollha li qegħdin f’patt miegħek qarrqu bik. L-irġiel li qegħdin fil-paċi miegħek għelbuk. Dawk li qed jieklu l-ħobż miegħek jagħmlulek nassa,Imma int ma tindunax biha.   Dakinhar,” jiddikjara Ġeħova,“Jien żgur li neqred l-għorrief minn Edom,U neqred lil dawk li għandhom l-għaqal mir-reġjun muntanjuż t’Għesaw.   Teman,* il-gwerriera tiegħek jitwerwru,Għax kull wieħed fir-reġjun muntanjuż t’Għesaw se jinqered. 10  Minħabba li kont vjolenti maʼ ħuk Ġakobb,Int se jkollok tistħiU tinqered għal dejjem. 11  Dakinhar li int qgħadt fil-ġenb tħares,Dakinhar meta l-istranġieri ħadu l-armata tiegħu bħala skjavi,Meta l-barranin daħlu fil-belt* tiegħu u tefgħu x-xorti għal Ġerusalemm,Int għamilt bħalhom. 12  M’għandekx titgħaxxaq b’dak li tara f’jum l-inkwiet taʼ ħuk,M’għandekx tifraħ dakinhar li jmutu n-nies taʼ Ġuda,U m’għandekx titkellem b’tant arroganza f’jum id-dwejjaq tagħhom. 13  M’għandekx tidħol minn bieb il-poplu tiegħi f’jum id-diżastru tiegħu,M’għandekx titgħaxxaq bil-gwaj tiegħu f’jum id-diżastru tiegħu,U m’għandekx tmidd idek fuq ġidu f’jum id-diżastru tiegħu. 14  M’għandekx tieqaf f’salib it-toroq sabiex toqtol il-maħrubin tiegħu,U lil dawk li jibqgħu ħajjin f’jum id-dwejjaq, tagħtihomx f’idejn l-għedewwa tagħhom. 15  Għax qrib hu l-jum li Ġeħova se jiħodha kontra l-popli kollha. Kif għamilt, jagħmlulek. Se tiġi ttrattat kif ittrattajt lil oħrajn. 16  Għax kif intom xrobtu fuq il-muntanja qaddisa tiegħi,Hekk il-popli kollha se jibqgħu jixorbu l-ħin kollu. Huma jixorbu u jlegilgu,U se jsiru bħallikieku qatt m’eżistew. 17  Imma dawk li jaħarbu se jkunu fuq il-Muntanja Sijon,U din tkun qaddisa;U dar Ġakobb tieħu lura l-affarijiet li kienu tagħha. 18  Dar Ġakobb tkun bħal nar,Dar Ġużeppi bħal fjamma,U dar Għesaw bħal tiben,Li għandha tinħaraq u tinqered minnhom. Ħadd ma jibqaʼ ħaj f’dar Għesaw,Għax Ġeħova nnifsu tkellem. 19  Huma jieħdu f’idejhom in-Negeb u r-reġjun muntanjuż t’Għesaw,Is-Sefela u l-art tal-Filistin. Huma jieħdu f’idejhom it-territorju t’Efrajm u t-territorju tas-Samarija,U Benjamin jieħu f’idejh Gilegħad. 20  L-eżiljati taʼ din il-fortizza,*Il-poplu t’Iżrael, jieħdu l-art tal-Kangħanin sa Sarefat. U l-eżiljati taʼ Ġerusalemm, li kienu f’Sefarad, jieħdu f’idejhom il-bliet tan-Negeb. 21  U l-meħlusin jitilgħu fuq il-Muntanja SijonSabiex jiġġudikaw ir-reġjun muntanjuż t’Għesaw,U s-saltna ssir taʼ Ġeħova.”

Noti taʼ taħt

Ifisser “Qaddej taʼ Ġeħova.”
Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”
Jissejjaħ ukoll Għesaw iktar tard fil-kuntest.
Jew forsi “togħla ’l fuq.”
Jew forsi “Kemm se tkun kbira l-qerda?”
Milli jidher din kienet belt jew distrett f’Edom, fejn kienu jgħixu dawk li jiġu minn Teman.
Letteralment “fil-bieb.”
Jew “ir-rampa.”