Imħallfin 5:1-31

  • L-għanja tar-rebħa taʼ Debora u Barak (1-31)

    • L-istilel jiġġieldu kontra Sisera (20)

    • Il-wied taʼ Kison ifur (21)

    • Dawk li jħobbu lil Ġeħova huma bħax-xemx (31)

5  Dakinhar Debora, flimkien maʼ Barak bin Abinogħam, kantat din l-għanja:   “Talli f’Iżrael ħallew xagħarhom imniżżel b’wegħda għall-gwerra,Talli n-nies offrew ruħhom bħala volontieri,Faħħru lil Ġeħova!   Isimgħu rejiet! Agħtu widen mexxejja! Lil Ġeħova se nkanta. Se nfaħħar bil-kant lil* Ġeħova, l-Alla t’Iżrael.   Meta Ġeħova ħareġ mis-Segħir,Meta mexa ’l barra mit-territorju t’Edom,L-art triegħdet, u s-sema qattret,Is-sħab qattar l-ilma.   Il-muntanji dabu* minn quddiem wiċċ Ġeħova,Anki s-Sinaj minn quddiem wiċċ Ġeħova, l-Alla t’Iżrael.   F’jiem Samgar bin Għanat,F’jiem Ġagħel, ma kien hemm ħadd fit-toroq prinċipali;Dawk li jivvjaġġaw kienu jgħaddu minn toroq oħra.   Ma kienx baqaʼ nies fl-irħula t’Iżrael;Ma kien baqaʼ ħadd sakemm qomt jien, Debora,Sakemm qomt bħala omm f’Iżrael.   Huma għażlu allat ġodda;Imbagħad kien hemm gwerra f’bibien il-belt. Ma dehritx tarka, lanqas lanza,Fost 40,000 raġel f’Iżrael.   Qalbi hi mal-kmandanti t’Iżrael,Li marru bħala volontieri mal-poplu. Faħħru lil Ġeħova! 10  Intom li tirkbu fuq ħmir kannella ċar,Intom li toqogħdu bilqiegħda fuq tapiti fini,U intom li timxu fit-triq,Ikkunsidraw dan: 11  Ħdejn il-bjar instemgħu l-ilħna taʼ dawk li jqassmu l-ilma,Hemmhekk kienu qed jirrakkontaw l-atti ġusti taʼ Ġeħova,L-atti ġusti tan-nies tiegħu li jgħixu fl-irħula t’Iżrael. Imbagħad, il-poplu taʼ Ġeħova niżel lejn il-bibien tal-bliet. 12  Stenbaħ, stenbaħ Debora! Stenbaħ, stenbaħ, kanta għanja! Qum Barak! Mexxi lill-ilsiera tiegħek lil hemm, bin Abinogħam! 13  Imbagħad dawk li kien baqaʼ niżlu ħdejn il-mexxejja;Il-poplu taʼ Ġeħova niżel ħdejja kontra dawk b’saħħithom. 14  Dawk fil-wied* huma mit-tribù t’Efrajm;Huma qed jimxu warajk Benjamin, fost il-popli tiegħek. Minn Makir niżlu l-kmandanti,U dawk li għażlu s-suldati* huma mit-tribù taʼ Żebulun. 15  Il-kapijiet tat-tribù taʼ Issakar kienu maʼ Debora,U bħalma kien magħha Issakar, hekk ukoll kien Barak. Hu ntbagħat bil-mixi lejn il-pjanura tal-wied.* Imma qalb it-tribù taʼ Ruben kienet indeċiża.* 16  Għala qgħadt bilqiegħda bħal annimal tat-tagħbija taħt iż-żewġ xkejjer taʼ mas-sarġ,Tismaʼ lir-ragħajja jdoqqu l-fifra għall-imrieħel? Iva, qalb it-tribù taʼ Ruben kienet indeċiża.* 17  Dawk li joqogħdu Gilegħad baqgħu n-naħa l-oħra tal-Ġordan;U t-tribù taʼ Dan għala baqaʼ mal-vapuri? It-tribù t’Aser qagħad bilqiegħda jitgħażżen f’xatt il-baħar,U baqaʼ ħdejn il-portijiet tiegħu. 18  Żebulun kien poplu li ssogra ħajtu sal-mewt;Anki l-poplu taʼ Naftali ssogra ħajtu fuq l-għoljiet. 19  F’Tagħnak, ħdejn l-ilmijiet taʼ Megiddo,Ġew ir-rejiet u ġġieldu;Ir-rejiet taʼ Kangħan iġġielduImma ma ħadu ebda fidda. 20  Mis-sema ġġieldu l-istilel,Mis-sema stess* iġġieldu kontra Sisera. 21  Il-wied taʼ Kison kaxkarhom,Il-wied antik, il-wied taʼ Kison. Jien għaffiġt taħt saqajja lil dawk b’saħħithom. 22  Imbagħad id-dwiefer taż-żwiemel ħabbtu mal-artHekk kif iż-żwiemel tiegħu ġrew ħafna biex jipprovaw jaħarbu. 23  ‘Isħtu lil Meroż,’ qal l-anġlu taʼ Ġeħova,‘Iva, isħtu lin-nies t’hemm,Għax ma ġewx jgħinu lil Ġeħova,Jgħinu lil Ġeħova mal-gwerriera b’saħħithom.’ 24  Ġagħel mart Ħeber il-KeniHi l-iktar imbierka fost in-nisa;Hi l-iktar imbierka fost in-nisa li jgħixu fit-tined. 25  Hu talab l-ilma u hi tatu l-ħalib. Fi skutella sabiħa tatu ħalib magħqud.* 26  Imbagħad qabdet il-musmar tat-tinda,U b’idha l-leminija qabdet il-martell tal-ħaddiema. Hi sammret lil Sisera u farrkitlu rasu;Faqgħatlu u nifditlu l-ġenb taʼ rasu. 27  Ħdejn saqajha niżel; hu waqaʼ u ma ċċaqlaqx;Ħdejn saqajha niżel u waqaʼ;Hu miet hemmhekk fejn waqaʼ. 28  Mara ħarset mit-tieqa,Omm Sisera ttawlet mit-tieqa bil-grada,*‘Il-karru tiegħu tal-gwerra għala qed idum ma jiġi? Għala għadni mhux qed nismaʼ ż-żwiemel tiegħu?’ 29  L-iktar għorrief min-nisa nobbli tagħha kienu jwiġbuha. Iva, anki hi kienet tgħid lilha nfisha: 30  ‘X’aktarx qed iqassmu dak li sabu,Tfajla* jew tnejn għal kull gwerrier,Drapp bil-kulur għal Sisera, iva, drapp bil-kulur għalih,Libsa rrakkmata, drapp bil-kulur, biċċtejn drapp irrakkmatiGħal għonq l-irġiel li kienu miegħu.’ 31  B’hekk, ħa jinqerdu l-għedewwa kollha tiegħek, Ġeħova. Imma ħa jiddu bħax-xemx dawk li jħobbuk.” U l-art kienet fil-paċi* għal 40 sena.

Noti taʼ taħt

Jew “indoqq il-mużika għal.”
Jew forsi “theżżu.”
Jew “fil-pjanura l-baxxa.”
Jew forsi “dawk li jużaw l-affarijiet taʼ skriba.”
Jew “il-pjanura l-baxxa.”
Jew “ġiet eżaminata bil-kbir.”
Jew “ġiet eżaminata bil-kbir.”
Jew “Mill-orbiti tagħhom.”
Jew “ħalib bil-baqta.”
Din tirreferi għal tieqa li minflok ħġieġ kellha strixxi msallbin tal-injam.
Letteralment “Ġuf.”
Jew “straħet.”