L-Għanja taʼ Salamun 5:1-16

5  “Jien ġejt fil-ġnien tiegħi,+ O oħti,+ għarusa tiegħi.+ Qtajt il-mirra+ flimkien mal-ħwawar tiegħi. Kilt ix-xehda taʼ l-għasel flimkien maʼ l-għasel tiegħi;+ xrobt l-inbid flimkien mal-ħalib tiegħi.” “Kulu, O ħbieb! Ixorbu u iskru bl-espressjonijiet taʼ mħabba.”+  “Jien rieqda, imma qalbi mqajma.+ Jinstemaʼ l-ħoss taʼ l-għażiż tiegħi jħabbat!”+ “Iftaħli,+ O oħti, O maħbuba tiegħi, ħamiema tiegħi, O int bla difett!+ Għax rasi kollha nida, in-nokkli taʼ xagħri mimlijin bil-qtar tal-lejl.”+  “‘Neħħejt il-libsa tiegħi. Kif nistaʼ nerġaʼ nilbisha? Ħsilt saqajja. Kif nistaʼ nħammiġhom?’  L-għażiż tiegħi ġibed idu lura mit-toqba tal-bieb, u l-ġewwieni tiegħi+ tqanqal fija.  Jien qomt biex niftaħ lill-għażiż tiegħi, u idejja qattru l-mirra u subgħajja qattru l-mirra fuq it-toqba tal-lukkett.  Jien ftaħt lill-għażiż tiegħi, imma l-għażiż tiegħi kien dar u telaq. Ħassejt ruħi ħierġa meta tkellem. Mort infittxu, imma ma sibtux.+ Sejjaħtlu, imma ma wiġibnix.  Sabuni l-għassiesa+ li kienu qed iduru mal-belt. Sawtuni, weġġgħuni. L-għassiesa tas-swar+ ġibduli l-velu twil minn fuqi.  “Ġegħeltkom taħilfu,+ O bniet taʼ Ġerusalemm,+ li, jekk issibu lill-għażiż tiegħi,+ tgħidulu li jien marida bl-imħabba.”+  “X’għandu iktar l-għażiż tiegħek minn kwalunkwe raġel għażiż ieħor,+ O l-isbaħ waħda fost in-nisa?+ X’għandu iktar l-għażiż tiegħek minn kwalunkwe raġel għażiż ieħor, sabiex ġegħeltna naħilfu ħalfa bħal din?”+ 10  “L-għażiż tiegħi sabiħ wisq u ħamrani, l-iktar li jispikka fost għaxart elef.+ 11  Rasu tad-deheb, deheb irfinut. In-nokkli taʼ xagħru għenieqed tat-tamal. Xagħru iswed bħaċ-ċawlun. 12  Għajnejh bħal ħamimiet ħdejn nixxigħat taʼ ilma, li qed jinħaslu fil-ħalib, waqt li jistrieħu ħdejn ix-xfar. 13  Ħaddejh huma bħal roqgħa ħwawar fi ġnien,+ torrijiet taʼ ħxejjex ifuħu. Xofftejh huma ġilji, iqattru l-mirra.+ 14  Idejh ċilindri tad-deheb, mimlijin bil-krisolitu. Żaqqu pjanċa taʼ l-avorju miksija biż-żaffiri. 15  Riġlejh kolonni taʼ l-irħam imsejsin fuq pedestalli taʼ deheb irfinut. Id-dehra tiegħu bħal-Libanu, impressjonanti bħaċ-ċedri.+ 16  Fommu kollu ħlewwa; hu fih għaxqa kollu kemm hu.+ Dan hu l-għażiż tiegħi, u dan hu l-maħbub tiegħi, O bniet taʼ Ġerusalemm.”

Noti taʼ taħt