L-Għanja taʼ Salamun 6:1-13
6 “Fejn mar l-għażiż tiegħek, O l-isbaħ waħda fost in-nisa?+ ’Il fejn dar l-għażiż tiegħek, sabiex infittxuh miegħek?”
2 “L-għażiż tiegħi niżel fil-ġnien tiegħu,+ lejn l-irqajjaʼ bil-pjanti tal-ħwawar,+ biex jirgħa l-merħla+ qalb il-ġonna, u biex jaqtaʼ l-ġilji.
3 Jien taʼ l-għażiż tiegħi, u l-għażiż taʼ qalbi hu tiegħi.+ Hu qed jirgħa l-merħla+ qalb il-ġilji.”
4 “Int sabiħa, O maħbuba tiegħi,+ bħal Belt il-Ġmiel,*+ ħelwa bħal Ġerusalemm,+ impressjonanti bħat-truppi+ miġburin madwar il-bnadar.+
5 Dawwar għajnejk+ minni, għax tawni dehxa. Xagħrek bħal merħla mogħoż li niżlu joqomsu minn Gilegħad.+
6 Snienek bħal merħla nagħaġ li telgħu mill-ħasil, ilkoll għandhom tewmin, u l-ebda waħda minnhom ma tilfet iż-żgħar tagħha.+
7 Ngħasek bħal flieli taʼ rummiena taħt il-velu tiegħek.+
8 Fost sittin sultana u tmenin konkubina u numru bla għadd taʼ tfajliet,+
9 waħda biss hi l-ħamiema tiegħi,+ bla difett.+ Waħda hemm li hi t’ommha. Hi pura għal dik li wilditha. Il-bniet rawha, u sejħulha hienja; kull sultana u konkubina faħħritha,+
10 ‘Min hi din il-mara+ li qed tħares ’l isfel bħaż-żerniq,+ sabiħa bħall-qamar kwinta,+ pura bħax-xemx tiddi,+ impressjonanti bħat-truppi miġburin madwar il-bnadar?’”+
11 “Kont inżilt fil-ġnien+ tas-siġar tal-ġewż, sabiex nara l-blanzuni fil-wied,*+ biex nara jekk id-dielja rmietx, jekk is-siġar tar-rummien ħarġux iż-żahar.+
12 Bla ma naf kif, xewqti ġabitni ħdejn il-karrijiet tal-poplu ħerqan tiegħi.”
13 “Erġaʼ lura, erġaʼ lura, O Sulamija! Erġaʼ lura, erġaʼ lura, ħa narawk!”+
“X’tarawlha s-Sulamija?”+
“Xi ħaġa bħaż-żifna taʼ żewġ kampijiet!”