Ester 10:1-3
-
Il-pożizzjoni għolja taʼ Mordekaj (1-3)
10 Ir-Re Aħasweru ġiegħel lin-nies tal-artijiet u tal-gżejjer jagħmlu xogħol taʼ bilfors.
2 U l-affarijiet kollha li r-re għamel bil-qawwa tiegħu u r-rakkont iddettaljat tal-unur li ta lil Mordekaj, huma miktubin fil-ktieb tal-istorja taʼ żmien ir-rejiet tal-Medja u l-Persja.
3 Għax ir-Re Aħasweru biss kien iktar importanti minn Mordekaj il-Lhudi. Mordekaj kellu pożizzjoni għolja* fost il-Lhud u kien irrispettat minn ħutu kollha. Hu ħadem għall-ġid tal-poplu tiegħu u qabeż* għal dawk li kienu se jiġu minnhom.