Isaija 11:1-16
11 U trid toħroġ fergħa+ żgħira miz-zokk taʼ Ġesse;+ u mill-għeruq tiegħu rimja+ se tagħti l-frott.+
2 U fuqu jrid jistrieħ l-ispirtu taʼ Ġeħova,+ l-ispirtu taʼ l-għerf+ u taʼ l-abbiltà li jifhem,+ l-ispirtu taʼ l-għoti taʼ pariri u tas-setgħa,+ l-ispirtu taʼ l-għarfien+ u tal-biżaʼ taʼ Ġeħova;+
3 u hu jsib għaxqa fil-biżaʼ taʼ Ġeħova.+
U mhux se jiġġudika biss fuq dak li jara b’għajnejh, lanqas ma jwiddeb sempliċement skond dak li jismaʼ b’widnejh.+
4 U bis-sewwa jiġġudika lill-batuti,+ u b’mod rett jagħti twiddib għan-nom tal-ġwejdin taʼ l-art. U se jsawwat l-art bil-ħatar taʼ fommu;+ u bl-ispirtu taʼ xofftejh jagħti l-mewt lill-ħażin.+
5 U s-sewwa jkun iċ-ċinturin taʼ ġenbejh,+ u l-fedeltà ċ-ċinturin taʼ qaddu.+
6 U l-lupu se jgħammar għal xi żmien mal-ħaruf,+ u l-leopard jimtedd mal-gidi, u l-għoġol u l-iljun b’saħħtu+ u l-annimal magħluf tajjeb ilkoll flimkien;+ u tifel ċkejken se jkun mexxej fuqhom.
7 U l-baqra u l-ors se jirgħu; il-frieħ tagħhom se jimteddu flimkien. U saħansitra l-iljun se jiekol it-tiben bħall-barri.+
8 U t-tarbija tal-ħalib se tilgħab fuq il-ħofra tal-kobra;+ u t-tifel li qataʼ l-ħalib iqiegħed idu fuq il-bokka tal-bejta taʼ serp velenuż.
9 Ma se jagħmlu ebda ħsara+ jew ħerba fuq il-muntanja qaddisa kollha tiegħi;+ għax l-art se tkun mimlija bl-għarfien taʼ Ġeħova bħalma l-ilmijiet jiksu l-baħar.+
10 U jrid iseħħ f’dak il-jum+ li jkun hemm l-għerq taʼ Ġesse+ wieqaf bħala sinjal għall-popli.+ Il-ġnus ukoll se jduru lejh biex jistaqsuh,+ u l-post taʼ mistrieħ tiegħu se jsir glorjuż.+
11 U jrid iseħħ f’dak il-jum li Ġeħova jerġaʼ joffri idu, għat-tieni darba,+ biex mill-Assirja,+ mill-Eġittu,+ minn Patros,+ minn Kus,+ minn Għelam,+ mis-Sinar,+ minn Ħamat, u mill-gżejjer tal-baħar+ jikseb lill-fdal tal-poplu tiegħu li jkun baqaʼ.
12 U jgħolli sinjal għall-ġnus u jiġmaʼ lill-imxerrdin taʼ Israel;+ u lill-imferrxin taʼ Ġuda jiġborhom flimkien mill-erbat itruf taʼ l-art.+
13 U l-għira t’Efrajm trid titlaq,+ u l-għedewwa taʼ Ġuda se jinqerdu wkoll. Efrajm ma jgħirx għal Ġuda, u lanqas Ġuda ma se jkun l-għadu t’Efrajm.+
14 U jtiru għal fuq spallet il-Filistin lejn il-punent;+ flimkien se jaħtfu bħala priża lil ulied il-Lvant.+ Se jieħdu taħt idejhom lil Edom u Mowab,+ u wlied Għammon ikunu sudditi tagħhom.+
15 U Ġeħova se jnixxef ilsien il-baħar Eġizzjan,+ u jxejjer idu lejn ix-Xmara+ bir-riħ jaħraq tiegħu. U jsawwatha fis-sebaʼ nixxigħat tagħha, u hu jġiegħel lin-nies jimxu bis-sandli tagħhom.+
16 U jkun hemm triq ewlenija+ li toħroġ mill-Assirja għall-fdal+ tal-poplu tiegħu li jkun baqaʼ,+ sewwasew bħalma kien hemm għal Israel dakinhar li ħareġ mill-art taʼ l-Eġittu.