Isaija 23:1-18

23  Id-dikjarazzjoni għal Tir:+ Newħu, bastimenti taʼ Tarsis!+ Għax tħarbtet u m’għadhiex port, m’għadhiex post fejn tidħlu.+ Saru jafu b’dan mill-art taʼ Kittim.+  Isktu, abitanti taʼ l-art taʼ mal-baħar. Il-merkanti minn Sidon,+ dawk li jaqsmu l-baħar, imlewk.  U fuq ħafna ilmijiet kien hemm iż-żerriegħa taʼ Siħor,+ il-ħsad tan-Nil, id-dħul tiegħek; u kien il-qligħ tal-ġnus.+  Istħi, O Sidon.+ Għax il-baħar, O fortizza tal-baħar, qal: “Ma kellix uġigħ tal-ħlas, u ma wlidtx, u la rabbejt ġuvintur u lanqas rawwimt xebbiet.”+  Bħal fir-rapport dwar l-Eġittu,+ in-nies se jaqbadhom uġigħ kbir bir-rapport dwar Tir.+  Aqsmu lejn Tarsis; newħu, abitanti taʼ l-art taʼ mal-baħar.  Din hi l-belt tagħkom li ilha tifraħ minn żmien twil ilu, mill-qedem? Saqajha kienu jiħduha ’l bogħod biex tgħix bħala barranija.  Min hu li ddeċieda dan+ kontra Tir, dik li tagħti l-kuruni, li l-merkanti tagħha kienu prinċpijiet, li n-negozjanti tagħha kienu n-nies onorati taʼ l-art?+  Ġeħova taʼ l-armati ddeċieda dan,+ li jkasbar il-kburija taʼ kull sbuħija,+ li jittratta b’disprezz lin-nies onorati kollha taʼ l-art.+ 10  Għaddi minn fuq artek bħax-Xmara Nil, O bint Tarsis.+ M’għadx hemm tarzna.+ 11  Hu medd idu fuq il-baħar; heżżeż is-saltniet.+ Ġeħova nnifsu ta kmand kontra l-Feniċja, biex il-fortizzi tagħha jinqerdu għalkollox.+ 12  U jgħid: “Qatt iktar ma terġaʼ tifraħ,+ O maħqura, il-bint verġni taʼ Sidon.+ Qum u aqsam lejn il-Kittim.+ Lanqas hemmhekk ma se tkun tistaʼ tistrieħ.” 13  Ara! L-art tal-Kaldin.+ Dan hu l-poplu—mhux l-Assirja+—li għamilha għall-annimali tad-deżert.+ Huma tellgħu t-torrijiet tagħhom taʼ l-assedju,+ u neżżgħulha għalkollox it-torrijiet mgħammrin tagħha;+ intgħamlet rovina li qed titfarrak.+ 14  Newħu, bastimenti taʼ Tarsis, għax il-fortizza tagħkom tħarbtet.+ 15  U jrid iseħħ dakinhar li Tir tintesa għal sebgħin sena,+ daqs il-jiem taʼ sultan. Wara sebgħin sena Tir se jiġrilha bħal fl-għanja dwar prostituta: 16  “Aqbad arpa, u mur madwar il-belt, O prostituta minsija.+ Agħmel l-aħjar li tistaʼ biex iddoqq fuq il-kordi; ħa jkunu ħafna l-għanjiet tiegħek, sabiex ikunu jistgħu jiftakruk.” 17  U jrid iseħħ wara sebgħin sena li Ġeħova jitfaʼ l-attenzjoni tiegħu fuq Tir, u hi terġaʼ tibda tinkera+ u tagħmel prostituzzjoni mas-saltniet kollha taʼ l-art fuq wiċċ l-art.+ 18  U l-qligħ tagħha u l-ħlas tal-kiri tagħha+ jsiru xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova. Ma jinħażnux, u lanqas jitfaddlu, għax il-ħlas tal-kiri tagħha se jkun għal dawk li jgħammru quddiem Ġeħova,+ biex jieklu sa ma jixbgħu u biex ikollhom ilbies eleganti.+

Noti taʼ taħt