Isaija 25:1-12

25  O Ġeħova, int Alla tiegħi.+ Jien neżaltak,+ jien infaħħar lil ismek,+ għax int għamilt affarijiet taʼ l-għaġeb,+ skopijiet+ mill-qedem, u mxejt bil-fedeltà+ u b’mod li jixraqlek fiduċja.+  Għax il-belt għamiltha borġ ġebel, il-belt fortifikata rovina li qed titfarrak, it-torri fejn jgħammru l-istranġieri ma ħallejtux jibqaʼ, u l-belt ma terġax tinbena għal żmien indefinit.+  Huwa għalhekk li dawk li huma poplu b’saħħtu se jigglorifikawk; il-belt tal-ġnus tiranniċi se tibżaʼ minnek.+  Għax int sirt fortizza għall-batut, fortizza għall-fqir fin-niket tiegħu,+ kenn mill-maltempata tax-xita, dell+ mis-sħana, meta t-tiranni jħabbtu mal-ħajt bħal maltempata tax-xita.  Int titfi l-ħoss taʼ l-istranġieri, bħalma ttaffi s-sħana f’pajjiż bla ilma, bid-dell taʼ sħaba ttaffi s-sħana.+ Il-melodija tat-tiranni titmewwet.+  U Ġeħova taʼ l-armati se jagħmel għall-popli kollha,+ fuq din il-muntanja,+ ikla kbira bi platti mħawrin sew biż-żejt,+ ikla kbira bi nbid imħolli joqgħod fuq it-tartru, bi platti mħawrin sew biż-żejt mimlijin mudullun,+ taʼ nbid+ imħolli joqgħod fuq it-tartru, imsoffi.+  U fuq din il-muntanja se jiblaʼ wiċċ l-għata li qed tgħatti lill-popli kollha,+ u n-nisġa minsuġa fuq il-ġnus kollha.  Hu jiblaʼ l-mewt għal dejjem,+ u l-Mulej Sovran Ġeħova se jimsaħ id-dmugħ mill-uċuħ kollha.+ U t-tmaqdir tal-poplu tiegħu se jneħħih mill-art kollha,+ għax Ġeħova qalu dan.  U dakinhar wieħed jgħid: “Ara! Dan hu Alla tagħna.+ Fih ittamajna,+ u hu se jsalvana.+ Dan hu Ġeħova.+ Fih ittamajna. Ejjew nifirħu u nithennew bis-salvazzjoni permezz tiegħu.”+ 10  Għax id Ġeħova se tistrieħ fuq din il-muntanja,+ u Mowab se jinsaħaq+ f’postu bħal meta munzell tiben jinsaħaq fil-post għad-demel.+ 11  U joħroġ idejh f’nofsu* bħal meta għawwiem joħroġ idejh biex jgħum, u se jbaxxi s-suppervja tiegħu+ billi b’idejh jagħtiha daqqiet bis-sengħa. 12  U l-belt fortifikata tiegħu, bi swar għoljin għas-sigurtà, se jwaqqagħha; se jbaxxiha, u jitfagħha maʼ l-art, fit-trab.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, “f’nofs Mowab.”