Isaija 26:1-21

26  Dakinhar+ titkanta din l-għanja+ fl-art taʼ Ġuda:+ “Għandna belt b’saħħitha.+ Hu jqiegħed is-salvazzjoni fis-swar u l-ħitan b’saħħithom.+  Iftħu l-bibien+ sabiex il-ġens ġust li qed juri fedeltà fil-kondotta tiegħu jkun jistaʼ jidħol.+  Dak li l-inklinazzjoni taʼ qalbu hija soda int se tħarsu f’paċi kontinwa,+ għax jafda fik.+  Afdaw f’Ġeħova+ għal dejjem, għax f’Jah Ġeħova hemm il-Blata+ taʼ dejjem.  “Għax hu se jwaqqaʼ lil dawk li qed jgħammru fl-għoli,+ fil-belt għolja.+ Hu jbaxxiha, ibaxxiha sa l-art; hu jitfagħha fit-trab.+  Se titgħaffeġ taħt is-saqajn, saqajn il-magħkus, il-passi tal-batuti.”+  Il-mogħdija tal-ġust hija retta.+ Minħabba li int rett, int se twitti t-triq tal-ġust.+  Iva, minħabba l-mogħdija tal-ġudizzji tiegħek, O Ġeħova, aħna ttamajna fik.+ Ruħna tixxennaq+ għal ismek u t-tifkira tiegħek.+  B’ruħi xtaqtek bil-lejl;+ iva, bl-ispirtu ġewwa fija qgħadt infittxek;+ għax, meta tiġġudika l-art,+ l-abitanti taʼ l-art produttiva jitgħallmu+ s-sewwa.+ 10  Għalkemm il-ħażin jintwera ħniena, hu ma jitgħallimx is-sewwa.+ Fl-art retta jaġixxi bl-inġustizzja+ u ma jarax il-kobor taʼ Ġeħova.+ 11  O Ġeħova, idek għollejtha,+ imma ma jarawhiex.+ Se jaraw u jistħu+ meta turi ż-żelu għall-poplu tiegħek. Iva, in-nar+ se jiblaʼ lill-avversarji tiegħek. 12  O Ġeħova int se tagħtina l-paċi,+ għax kulma għamilna wettaqtu int.+ 13  O Ġeħova Alla tagħna, minbarra lilek kellna sidien oħrajn li kienu sidien fuqna.+ Permezz tiegħek biss se nsemmu lil ismek.+ 14  Mejtin huma; m’humiex se jgħixu.+ Billi huma bla qawwa fil-mewt,+ ma jqumux.+ Għalhekk, dawwart l-attenzjoni tiegħek sabiex teqridhom għalkollox u ma jissemmewx iktar.+ 15  Int kattart il-ġens; O Ġeħova, int kattart il-ġens;+ igglorifikajt lilek innifsek.+ Wessajt it-trufijiet kollha tal-pajjiż.+ 16  O Ġeħova, fin-niket daru lejk;+ meta rċivew id-dixxiplina tiegħek ferrgħu qalbhom f’talba minn taħt l-ilsien.+ 17  Bħal mara tqila li tkun waslet biex tiled, li jkollha l-uġigħ tal-ħlas, u li tgħajjat bl-uġigħ, hekk sirna aħna minħabba fik, O Ġeħova.+ 18  Konna qisna nisa tqal, kellna l-uġigħ tal-ħlas;+ imma fil-fatt kulma wlidna kien ir-riħ. Mhux veru salvajna l-art,+ u ħadd ma twieled biex jgħammar fl-art produttiva.+ 19  “Il-mejtin tiegħek se jgħixu.+ Il-katavri se jqumu.+ Stenbħu u għajtu bil-ferħ, O residenti tat-trab!+ Għax in-nida tiegħek+ hi bħan-nida tal-ħobbejż,+ u l-art se tħalli jitwieldu lil dawk bla qawwa fil-mewt.+ 20  “Mur, poplu tiegħi, idħol fil-kmamar taʼ ġewwa tiegħek, u agħlaq il-bibien tiegħek warajk.+ Inħeba għal mument wieħed sakemm tgħaddi l-kundanna.+ 21  Għax, ara, Ġeħova ġej minn postu biex jitlob kont mill-abitanti taʼ l-art għall-iżball tagħhom,+ u l-art se tikxef it-tixrid taʼ demm tagħha+ u ma tkomplix tgħatti l-maqtulin tagħha.”+

Noti taʼ taħt