Isaija 27:1-13
27 F’dak il-jum Ġeħova,+ bis-sejf iebes u kbir u b’saħħtu tiegħu,+ se jdawwar l-attenzjoni tiegħu lejn Levjatan,*+ is-serp li jitkaxkar,+ iva, lejn Levjatan, is-serp mgħawweġ, u se joqtol lill-mostru tal-baħar+ li qiegħed fil-baħar.
2 F’dak il-jum kantawlha:+ “Għalqa tad-dwieli+ taʼ nbid ibaqbaq!
3 Jien, Ġeħova, qed inħarisha.+ Se nsaqqiha l-ħin kollu.+ Se nħarisha saħansitra lejl u nhar sabiex ħadd ma jagħmlilha l-ħsara.+
4 M’iniex inkorlat.+ Min se jażżarda jagħtini l-għollieq+ u l-ħaxix ħażin fil-battalja? Jien se nirfes fuqhom. Se nagħtihom in-nar f’daqqa.+
5 Minflok, ħa jaqbad mal-fortizza tiegħi, ħa jagħmel paċi miegħi; ħa jagħmel paċi miegħi.”+
6 Fil-jiem li ġejjin Ġakobb se jrabbi l-għeruq, Israel+ se joħroġ l-inwar u jarmi; u se jimlew wiċċ l-art bil-prodott.+
7 Għandu hu jissawwat bis-swat taʼ min isawtu? Jew, għandu jinqatel bħalma nqatlu l-maqtulin tiegħu?+
8 B’għajta li tbeżżaʼ int se jkollok xi tgħid magħha meta tibgħatha ’l hemm. Hu jrid ikeċċiha bil-buffura qawwija tiegħu f’jum taʼ riħ mil-lvant.+
9 Għalhekk, b’dan il-mod l-iżball taʼ Ġakobb se jkun tpatta,+ u dan ikun ir-riżultat kollu meta jneħħilu dnubu,+ meta jagħmel il-ġebel kollu taʼ l-artal bħal ġebel tal-ġir li ġie mitħun, sabiex l-arbli sagri+ u l-artali taʼ l-inċens ma jitwaqqfux.+
10 Għax il-belt fortifikata se tkun waħedha, il-mergħa se titħalla waħedha u abbandunata bħal xagħri.+ Hemmhekk jirgħa l-għoġol, u hemmhekk jimtedd; u hu se jiklilha l-friegħi.+
11 Meta l-friegħi żgħar tagħha jkunu nixfu, in-nisa jidħlu jqaċċtuhom u jagħtuhom in-nar.+ Għax m’huwiex poplu li jifhem fil-fond.+ Huwa għalhekk li Dak li għamlu m’hu se jurih ebda ħniena, u Dak li sawru mhux se jurih qalb tajba.+
12 U jrid iseħħ f’dak il-jum li Ġeħova se jfarfar il-frott,+ mill-ilma ġieri tax-Xmara+ sal-wied* taʼ l-Eġittu,+ u hekk intom infuskom se tinġabru wieħed wieħed,+ O wlied Israel.
13 U jrid iseħħ f’dak il-jum li jindaqq qarn kbir,+ u dawk li qed jgħibu fl-art taʼ l-Assirja+ u dawk li huma mxerrdin fl-art taʼ l-Eġittu+ jiġu u jmilu+ quddiem Ġeħova fuq il-muntanja qaddisa f’Ġerusalemm.+
Noti taʼ taħt
^ Possibbilment “kukkudrill” jew “mostru tal-baħar.”