Isaija 35:1-10
35 Ix-xagħri u r-reġjun bla ilma se jifirħu,+ u l-pjanura tad-deżert se tifraħ u twarrad bħaż-żagħfran.+
2 Bla dubju din twarrad,+ u tifraħ bil-ferħ u b’għajat ferrieħi.+ Tingħatalha l-glorja tal-Libanu,+ il-ġmiel tal-Karmel+ u tas-Saron.+ Se jkun hemm dawk li jaraw il-glorja taʼ Ġeħova,+ il-ġmiel t’Alla tagħna.+
3 Saħħu l-idejn dgħajfin, u ssodaw l-irkopptejn li qed jirtogħdu.+
4 Għidu lil dawk ansjużi f’qalbhom:+ “Agħmlu l-ħila.+ Tibżgħux.+ Ara! Alla tagħkom ġej bil-vendetta,+ iva, Alla ġej biex iħallas lura.+ Hu stess ġej u jsalvakom.”+
5 F’dak iż-żmien jinfetħu għajnejn l-għomja,+ u jinfetħu widnejn it-torox.+
6 Dak iż-żmien iz-zopp se jixxabbat bħaċ-ċerv,+ u lsien il-mutu se jgħajjat bil-ferħ.+ Għax fix-xagħri jkunu ħarġu l-ilmijiet, u fil-pjanura tad-deżert igelglu widien taʼ ilma.
7 U l-art imqaxqxa bis-sħana tkun saret bħal għadira mimlija qasab, u l-art għatxana bħal għejun taʼ l-ilma.+ Fil-post fejn joqogħdu x-xakalli,+ il-post taʼ mistrieħ tagħhom, se jkun hemm ħaxix aħdar u qasab u pjanti tal-papiru.+
8 U se jkun hemm triq ewlenija+ hemmhekk, iva, triq; u se tissejjaħ it-Triq tal-Qdusija.+ Min m’huwiex nadif ma jgħaddix minnha.+ U se tkun għal min jimxi fit-triq, u mhux se jkun hemm boloh jiġġerrew fiha.
9 Mhux se jkun hemm iljuni, u l-bhejjem salvaġġi li jgħixu fuq il-priża m’humiex se jitilgħu minnha.+ Ebda wieħed minnhom ma se jinstab hemmhekk;+ u dawk mixtrijin lura jridu jimxu fiha.+
10 U dawk mifdijin minn Ġeħova se jerġgħu lura+ u jiġu lejn Sijon b’għajta ferriħija;+ u fuq rashom ikollhom il-ferħ għal dejjem.*+ Se jiksbu ferħ kbir u hena, u n-niket u t-tnehid jaħarbu ’l hemm.+
Noti taʼ taħt
^ Letteralment, “żmien indefinit.”