Isaija 40:1-31
40 “Farrġu, farrġu lill-poplu tiegħi,” jgħid l-Alla tagħkom.+
2 “Kellmu lil Ġerusalemm biex tilħqulha qalbha+ u għidulha li s-servizz militari tagħha twettaq,+ li l-iżball tagħha tħallas.+ Għax minn id Ġeħova hi qalgħet l-ammont sħiħ għad-dnubiet kollha tagħha.”+
3 Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħajjat fix-xagħri:+ “Ħejju t-triq taʼ Ġeħova!+ Iddrittaw it-triq ewlenija għal Alla minn ġol-pjanura tad-deżert.+
4 Ħa jitgħolla kull wied,+ u titbaxxa kull muntanja u għolja.+ U l-art bl-għoljiet titwitta, u l-art imħarbta ssir pjanura f’wied.+
5 U l-glorja taʼ Ġeħova se tintwera,+ u l-bnedmin kollha se jarawha flimkien,+ għax fomm Ġeħova qalu dan.”+
6 Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħid: “Għajjat!”+ U wieħed qal: “X’se ngħajjat?”
“Il-bnedmin kollha huma ħaxix aħdar, u l-qalb tajba bl-imħabba tagħhom kollha hi bħall-inwar tar-rabaʼ.+
7 Il-ħaxix aħdar nixef, l-inwar dbiel,+ għax l-ispirtu taʼ Ġeħova nefaħ fuqu.+ Żgur li n-nies huma ħaxix aħdar.+
8 Il-ħaxix aħdar nixef, l-inwar dbiel;+ imma l-kelma t’Alla tagħna, din tibqaʼ għal dejjem.”*+
9 Itlaʼ lejn muntanja għolja,+ O mara li ġġib l-aħbar tajba għal Sijon.+ Għolli leħnek bis-saħħa, O mara li ġġib l-aħbar tajba għal Ġerusalemm.+ Għollih. Tibżax.+ Għid lill-bliet taʼ Ġuda: “Hawn hu Alla tagħkom.”+
10 Ara! Il-Mulej Sovran Ġeħova ġej bħal wieħed b’saħħtu, u driegħu se jaħkem għalih.+ Ara! Il-premju tiegħu hu miegħu,+ u l-ħlas li jagħti qiegħed quddiemu.+
11 Bħal ragħaj se jirgħa l-merħla tiegħu.+ Bi driegħu se jiġbor flimkien il-ħrief;+ u jġorrhom f’ħobbu.+ Lil dawk li jreddgħu jmexxihom b’attenzjoni.+
12 Min kejjel l-ilmijiet fil-pala taʼ idu,+ u ħa l-qisien tas-smewwiet b’xiber+ u tefaʼ f’kejla* t-trab taʼ l-art,+ jew wiżen il-muntanji bi strument, u l-għoljiet fil-miżien?
13 Min ħa l-qisien taʼ l-ispirtu* taʼ Ġeħova, u min jistaʼ jagħtih il-pariri u jgħarrfu xi ħaġa?+
14 Maʼ min ikkonsulta biex ikun jistaʼ jfiehmu, jew min jgħallmu l-mogħdija tal-ġustizzja, jew jgħallmu l-għarfien,+ jew jgħarrfu kif għandu jifhem verament?+
15 Ara! Il-ġnus huma bħal qatra minn barmil; u tqiesu bħal kisja taʼ trab f’miżien.+ Ara! Hu jgħolli l-gżejjer+ bħal sempliċi trab fin.
16 Lanqas is-siġar tal-Libanu m’huma biżżejjed biex iżommu nar jaqbad, u l-annimali salvaġġi+ t’hemmhekk m’humiex biżżejjed għal offerta tal-ħruq.+
17 Quddiemu l-ġnus kollha huma bħal xi ħaġa li ma teżistix;+ hu jqishom bħax-xejn u bħal xi ħaġa mhix reali.+
18 Maʼ min tistgħu xxebbhuh lil Alla,+ u liema ħaġa tistgħu tqabbluha miegħu?+
19 Il-bniedem tas-sengħa sawwab il-metall imdewweb ġo forma biex jagħmel xbieha,+ u l-ħaddiem fil-metall ksieha bid-deheb,+ u qed isawwar il-ktajjen tal-fidda fil-forġa.+
20 Hu jagħżel siġra biex jagħtiha bħala kontribuzzjoni, siġra li mhix imħassra.+ U jfittex bniedem tas-sengħa biex jipprepara xbieha skolpita+ li ma taqax.+
21 Ma tafux? Ma smajtux? Ma ntqalilkomx mill-bidunett? Għadkom ma fhimtux dak li sar evidenti minn mindu tqiegħdu s-sisien taʼ l-art?+
22 Hemm Wieħed li jgħammar ’il fuq miċ-ċirku taʼ l-art,+ li l-abitanti tagħha huma bħall-ġurati li jaqbżu, Hu li qed imidd is-smewwiet bħal drapp fin, li jifrixhom bħal tinda li jgħammar fiha,+
23 li qed iġib l-uffiċjali għoljin fix-xejn, li lill-imħallfin taʼ l-art għamilhom xi ħaġa mhix reali.+
24 Qatt ma tħawlu; qatt ma nżergħu; iz-zokk tagħhom qatt ma qabbad l-għeruq fl-art.+ U jekk xi ħadd biss jonfħilhom huma jinxfu+ u r-riefnu jġorrhom bħat-tiben.*+
25 “Imma maʼ min tistgħu xxebbhuni sabiex inkun ugwali miegħu?” jgħid il-Qaddis.+
26 “Erfgħu għajnejkom fl-għoli u araw. Min ħalaqhom dawn l-affarijiet?+ Dak li qed joħroġ l-armata tal-kwiekeb bin-numru tagħhom u jsejħilhom kollha b’isimhom.+ Minħabba l-abbundanza t’enerġija attiva,+ billi għandu wkoll qawwa enerġetika, lanqas waħda minnhom m’hi nieqsa.
27 “O Ġakobb, għala titkellem, u O Israel, għala tgħid, ‘Triqti hi moħbija minn Ġeħova,+ u l-ġustizzja li suppost tintwera lejja Alla ma jinnotahiex’?+
28 Ma tafx jew ma smajtx?+ Ġeħova, il-Ħallieq taʼ truf l-art, huwa Alla għal dejjem.+ Ma jegħjiex jew jinfileġ.+ Ħadd ma jistaʼ jifhem x’intelliġenza għandu.+
29 Qed jagħti l-qawwa lill-għajjien;+ u jimla bis-setgħa lil dak li m’għandux enerġija biex jaġixxi.+
30 It-tfal se jegħjew kif ukoll jinfilġu, u l-ġuvintur żgur se jitfixklu,
31 imma dawk li jittamaw+ f’Ġeħova se jiksbu l-qawwa mill-ġdid.+ Se jogħlew bil-ġwienaħ bħall-ajkli.+ Jiġru u ma jinfilġux; jimxu u ma jegħjewx.”+