Isaija 53:1-12

53  Min poġġa l-fidi f’dak li nstemaʼ minna?+ U lil min ġie rivelat+ id-driegħ taʼ Ġeħova?+  U hu jitlaʼ bħal fergħa+ żgħira quddiem min josservah, u bħal għerq minn art bla ilma. M’għandux sura impressjonanti, u lanqas ġmiel;+ u meta narawh, mhux se jkollu d-dehra li ġġegħelna nixtiquh.+  Hu kien mistmerr u skartat min-nies,+ raġel li kien jaf x’inhu l-uġigħ u kien midħla tal-mard.+ U bħallikieku dorna biex ma nħarsux lejn wiċċu.+ Hu kien mistmerr, u aħna ma stmajniehx.+  Tassew, hu ġarr il-mard tagħna;+ u inkwantu għall-weġgħat tagħna, tgħabba bihom hu.+ Imma aħna nfusna qisnieh bħala wieħed kastigat,+ imsawwat,+ u milqut bis-sofferenza minn Alla.+  Imma hu kien qed jiġi minfud+ minħabba li aħna ksirna l-liġi;+ kien qed jitfarrak għall-iżbalji tagħna.+ Kellu fuqu s-swat maħsub għall-paċi tagħna,+ u minħabba l-feriti tiegħu+ kellna l-fejqan.+  Ilkoll kemm aħna ġġerrejna ’l hemm u ’l hawn bħal nagħaġ;+ kulħadd dar lejn triqtu; u Ġeħova nnifsu ġiegħel li l-iżball tagħna lkoll jaqaʼ fuq dak il-wieħed.+  Hu kien magħkus ferm,+ u ħalla lil min jaħqru;+ madankollu ma fetaħx fommu. Inġieb bħal nagħġa għall-qatla;+ u bħal nagħġa li timmuta quddiem min iġiżżha, hu wkoll ma fetaħx fommu.+  Kien maħqur u ttieħed mingħajr ma ngħata ġudizzju ġust;+ u min se jkun jimpurtah mid-dettalji taʼ nislu?+ Għax inqataʼ+ mill-art tal-ħajjin.+ Qalaʼ d-daqqa+ minħabba li l-poplu tiegħi kiser il-liġi.+  Il-post għad-dfin tiegħu jkun mal-ħżiena,+ u f’mewtu jkun mal-klassi taʼ l-għonja,+ minkejja li ma wettaqx xi vjolenza+ u ma kien hemm ebda qerq f’fommu.+ 10  Imma Ġeħova għoġbu jfarrku;+ marrdu.+ Jekk int tħejji lil ruħu bħala offerta għall-ħtija,+ hu jara lil nislu,+ itawwal jiemu,+ u kulma jogħġob+ lil Ġeħova jirnexxi f’idu.+ 11  Minħabba l-inkwiet taʼ ruħu hu se jara+ u jkun sodisfatt.+ Permezz taʼ l-għarfien tiegħu, il-ġust, il-qaddej tiegħi,+ se jġib qagħda ġusta lil ħafna nies;+ u l-iżbalji tagħhom iġorrhom hu.+ 12  Għalhekk, se nagħtih sehem maʼ ħafna,+ u mas-setgħanin se jqassam il-priża,+ minħabba l-fatt li hu ferraʼ ruħu sal-mewt,+ u kien magħdud maʼ dawk li jiksru l-liġi;+ u hu nnifsu ġarr id-dnub taʼ ħafna nies,+ u qabeż għal dawk li jiksru l-liġi.+

Noti taʼ taħt