Isaija 55:1-13

55  Isa, intom ilkoll li għandkom l-għatx!+ Ejjew lejn l-ilma.+ U dawk li m’għandhomx flus! Ejjew, ixtru u kulu.+ Iva, ejjew, ixtru l-inbid+ u l-ħalib+ bla flus u bla prezz.+  Għalfejn tibqgħu tħallsu l-flus għal dak li m’huwiex ħobż, u għala titħabtu għal dak li ma jġibx sodisfazzjon?+ Isimgħuni sew, u kulu dak li hu tajjeb,+ u ħa titgħaxxaq ferm ruħkom b’ikel rikk.+  Mejlu widnitkom+ u ejjew għandi.+ Isimgħu, u ruħkom tibqaʼ ħajja,+ u jien ċertament li nagħmel patt magħkom għal żmien indefinit+ fi qbil mal-provi taʼ min joqgħod fuqhom tal-qalb tajba bl-imħabba murija lil David.+  Ara! Tajtu+ lill-popli+ bħala xhud,+ bħala mexxej+ u kmandant+ għall-popli.  Ara! Int se ssejjaħ lil ġens li ma tafx,+ u wħud minn ġens li ma kinux jafuk se jiġru lejk,+ minħabba Ġeħova Alla tiegħek,+ u minħabba l-Qaddis taʼ Israel,+ għax hu jkun sebbħek.+  Fittxu lil Ġeħova waqt li għadu jistaʼ jinstab.+ Sejħulu waqt li qiegħed fil-qrib.+  Ħalli l-ħażin jerħi triqtu,+ u dak li jagħmel il-ħsara jerħi ħsibijietu;+ u ħa jerġaʼ lura lejn Ġeħova, li jkollu ħniena minnu,+ u lejn Alla tagħna, għax hu jaħfer bil-kbir.+  “Għax ħsibijietkom m’humiex ħsibijieti,+ u lanqas triqati m’huma triqatkom,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.  “Għax daqskemm is-smewwiet huma ogħla mill-art,+ hekk triqati huma ogħla minn triqatkom,+ u ħsibijieti minn ħsibijietkom.+ 10  Għax bħalma tinżel ix-xita qawwija, u l-borra, mis-smewwiet u ma terġax lura lejn dak il-post, jekk ma xxarrabx l-art u ġġegħelha tnibbet u tipproduċi l-frott,+ u ż-żerriegħa tingħata lil min jiżraʼ u l-ħobż lil min jiekol,+ 11  hekk ukoll tkun kelmti li toħroġ minn fommi.+ Ma terġax lura lejja mingħajr riżultati,+ imma żgur tagħmel dak li jogħġobni,+ u żgur tirnexxi f’dak li bgħattha tagħmel.+ 12  “Għax bil-ferħ toħorġu,+ u bil-paċi tiġu mdaħħlin.+ Il-muntanji u l-għoljiet jifirħu quddiemkom b’għajta ferriħija,+ u s-siġar tar-rabaʼ lkoll se jċapċpu idejhom.+ 13  Minflok is-siġra tax-xewk titlaʼ s-siġra tal-ġnibru.+ Minflok il-ħurrieqa titlaʼ s-siġra tar-riħan.+ U dan jagħmel lil Ġeħova magħruf,+ u jkun sinjal għal żmien indefinit+ li ma jispiċċax.”

Noti taʼ taħt