Lamentazzjonijiet 2:1-22
א [Alef]
2 O kif Ġeħova għatta lil bint Sijon bis-sħab fir-rabja tiegħu!+Is-sbuħija taʼ Israel+ mis-sema waddabha fl-art.+U ma ftakarx fil-banketta għal saqajh+ f’jum ir-rabja tiegħu.
ב [Bet]
2 Ġeħova belaʼ l-postijiet fejn jgħammar+ Ġakobb; maʼ l-ebda wieħed minnhom ma wera mogħdrija.Fir-rabja qalila tiegħu ġarraf il-postijiet fortifikati+ taʼ bint Ġuda.Tefagħhom maʼ l-art,+ kasbar is-saltna+ u l-prinċpijiet tagħha.+
ג [Gimel]
3 Fis-saħna tar-rabja tiegħu qaċċat kull qarn* taʼ Israel.+Reġġaʼ lura idu l-leminija minn quddiem l-għadu;+U f’Ġakobb hu jibqaʼ jaqbad bħal nar iħeġġeġ li jiblaʼ kulma hemm madwaru.+
ד [Dalet]
4 Ħejja l-qaws tiegħu bħalma jagħmel l-għadu.+ Idu l-leminija+ tinsab lesta f’posthaBħalma jagħmel l-avversarju,+ u baqaʼ joqtol lil dawk kollha li kienu jpaxxu l-għajnejn.+Għal ġot-tinda+ taʼ bint Sijon sawwab il-korla tiegħu, bħan-nar.+
ה [Ħe]
5 Ġeħova sar bħal għadu.+ Belaʼ lil Israel.+Belaʼ t-torrijiet mgħammrin kollha tagħha;+ il-postijiet fortifikati tiegħu għamilhom ħerba.+U f’bint Ġuda kattar in-niket u t-tinwiħ.+
ו [Waw]
6 U lill-għarix+ tiegħu ttrattah ħażin bħal għarix fi ġnien.+ Qeridlu l-festa tiegħu.Ġeħova nessa f’Sijon il-festa+ u s-Sabat,*U fil-qilla t’għadbu ma wera ebda rispett lejn is-sultan u l-qassis.+
ז [Żajin]
7 Ġeħova warrab l-artal tiegħu.+ Stmerr is-santwarju tiegħu.+Ċeda l-ħitan tat-torrijiet mgħammrin tagħha f’idejn l-għadu.+Huma semmgħu leħinhom fid-dar taʼ Ġeħova, bħal f’jum taʼ festa.+
ח [Ħet]
8 Ġeħova ħaseb li jħarbat is-sur+ taʼ bint Sijon.Firex il-ħabel tal-kejl.+ Ma żammx idu lura milli jeqred.+U tefaʼ n-niket fuq is-sur u l-ħajt.+ Iddgħajfu t-tnejn li huma.
ט [Tet]
9 Il-bibien+ tagħha ntradmu fl-art. Qered u farrak l-istaneg tagħha.Is-sultan u l-prinċpijiet tagħha jinsabu fost il-ġnus.+ M’hemmx liġi.+Il-profeti tagħha ma rċivew l-ebda viżjoni mingħand Ġeħova.+
י [Jod]
10 Ix-xjuħ taʼ bint Sijon qegħdin bil-qiegħda maʼ l-art, fejn jibqgħu siktin.+Tefgħu t-trab fuq rashom.+ Tħażżmu bl-ixkora.+Il-verġni taʼ Ġerusalemm niżżlu rashom sa l-art.+
כ [Kaf]
11 Għajnejja nfnew bid-dmugħ li xerridt.+ Il-ġewwieni* tiegħi qed ibaqbaq.+Fwiedi xxerred maʼ l-art,+ minħabba t-tisbita li ħadet bint il-poplu tiegħi,+Minħabba li t-tfal u t-trabi tal-ħalib qed iħosshom ħażin fil-pjazez tal-belt.+
ל [Lamed]
12 Kienu qed jgħidu lil ommijiethom: “Fejn huma l-qmuħ u l-inbid?”+Għax intelqu bħal maqtulin fil-pjazez tal-belt,Għax bil-mod il-mod qed imutu fi ħdan ommhom.
מ [Mem]
13 Liema eżempju nistaʼ nurik? Maʼ xiex se nxebbhek, O bint Ġerusalemm?+Maʼ xiex se nqabblek, sabiex infarrġek, O verġni, bint Sijon?+Għax il-ġerħa tiegħek+ kbira daqs il-baħar. Min jistaʼ jfejqek?+
נ [Nun]
14 Il-profeti tiegħek raw għalik viżjonijiet fiergħa u bla siwi,+U ma kixfux l-iżball tiegħek sabiex jiskansawlek il-jasar,+Imma baqgħu jaraw għalik viżjonijiet b’dikjarazzjonijiet bla siwi u qarriqin.+
ס [Samek]
15 Dawk kollha li kienu għaddejjin fit-triq minn ħdejk ċapċpu.+Saffru+ u xenglu rashom+ għal bint Ġerusalemm, u staqsew:“Din hi l-belt li kienu jgħidulha, ‘Il-perfezzjoni tas-sbuħija, ferħ għall-art kollha’?”+
פ [Pe]
16 L-għedewwa kollha tiegħek fetħu ħalqhom għalik.+Saffru u qagħdu jgħażżu snienhom.+ Qalu: “Nibilgħuha.+Dan hu l-jum li ttamajna għalih.+ Sibnieh! Rajnieh!”+
ע [Għajn]
17 Ġeħova għamel li kellu f’moħħu.+ Wettaq dak li qal,+Dak li kien ikkmanda minn żmien twil ilu.+ Ġarraf u ma weriex mogħdrija.+U bik iferraħ lill-għadu.+ Għolla l-qarn taʼ l-avversarji tiegħek.+
צ [Sade]
18 Qalbhom għajtet lil Ġeħova,+ O sur taʼ bint Sijon.+Xerred id-dmugħ bħal gelgul lejl u nhar.+Titħeddilx. Tagħtix mistrieħ lill-ħabba t’għajnejk.
ק [Kof]
19 Qum! Newwaħ matul il-lejl meta jkunu se jibdew l-għases taʼ fil-għodu.+Ferraʼ qalbek+ quddiem wiċċ+ Ġeħova bħall-ilma.Għolli idejk+ fit-talb għal ħajjet uliedek,Li minħabba l-ġuħ qed iħosshom ħażin f’ras it-toroq kollha.+
ר [Rex]
20 Ara, O Ġeħova, u ħares+ lejn dak li kkastigajtu b’dan il-mod.Għandhom in-nisa jibqgħu jieklu frotthom, it-tfal b’saħħithom li wildu?+Jew għandhom il-qassis u l-profeta jinqatlu fis-santwarju taʼ Ġeħova?+
ש [Xin]
21 It-tifel u x-xiħ+ imteddew fit-trab tat-toroq.+Ix-xebbiet u l-ġuvintur tiegħi mietu bis-sejf.+Int qtilthom f’jum ir-rabja tiegħek.+ Biċċirthom;+ ma kellekx mogħdrija.+
ת [Taw]
22 Bħal f’jum taʼ festa+ int sejjaħt lin-nies biex jiġu mill-inħawi kollha fejn jgħixu bħala barranin.U f’jum il-korla taʼ Ġeħova ħadd ma ħarab jew baqaʼ ħaj;+It-tfal b’saħħithom li kelli u li rabbejt, l-għadu tiegħi qeridhom għalkollox.+
Noti taʼ taħt
^ Ara l-1Sa 2:1, in-nota taʼ taħt.