Lamentazzjonijiet 4:1-22

א [Alef] 4  O kif ittappan id-deheb li kien ileqq, id-deheb fin!+O kif qed jixxerred f’ras it-toroq kollha+ l-ħaġar imqaddes!*+ ב [Bet]   L-ulied prezzjużi taʼ Sijon,+ dawk li ntiżnu mad-deheb irfinut,O kif m’għadhomx jiswew iktar minn ġarar kbar tal-fuħħar, xogħol idejn il-fuħħari!+ ג[Gimel]   Anki x-xakalli ppreżentaw sidirhom u reddgħu l-frieħ tagħhom.Imma bint il-poplu tiegħi saret kattiva,+ bħan-ngħam fix-xagħri.+ ד [Dalet]   Ilsien it-tarbija tal-ħalib weħel mas-saqaf taʼ ħalqha minħabba l-għatx.+It-tfal talbu l-ħobż.+ M’hemmx min jagħtihulhom.+ ה [Ħe]   Dawk li kienu jieklu affarijiet tajbin inħasdu fit-toroq.+Dawk li trabbew bl-iskarlat+ spiċċaw kellhom iħaddnu l-gzuz taʼ l-irmied.+ ו [Waw]   Il-kastig għall-iżball taʼ bint il-poplu tiegħi jkun akbar mill-kastig għad-dnub taʼ Sodoma,+Li waqgħet f’waqt wieħed, u li ħadd ma taha daqqa t’id.+ ז [Żajin]   In-Nażiriti+ tagħha kienu iktar puri mill-borra;+ bojod iktar mill-ħalib.Fil-fatt kienu ħamranin+ iżjed mill-qroll; kienu llostrati bħaż-żaffir.+ ח [Ħet]   Id-dehra tagħhom skurat iktar mis-swidija. Ma ntgħarfux fit-toroq.+Il-ġilda nxtorbot fuq għadamhom.+ Nixfet bħal siġra. ט [Tet]   Aħjar dawk maqtulin bis-sejf+ minn dawk maqtulin bil-ġuħ,+Għax dawn jinfnew ftit ftit minħabba n-nuqqas taʼ prodotti tar-rabaʼ, bħallikieku ġew minfudin. י [Jod] 10  Idejn in-nisa ħanina għallew ’l uliedhom stess.+Dawn saru bħall-ħobż tal-konsolazzjoni matul it-tiġrif taʼ bint il-poplu tiegħi.+ כ [Kaf] 11  Ġeħova esprima l-korla kollha tiegħu.+ Ferraʼ r-rabja taħraq tiegħu.+U jqabbad nar f’Sijon, li jiklilha l-pedamenti tagħha.+ ל [Lamed] 12  Is-slaten taʼ l-art u l-abitanti kollha taʼ l-art m’emmnux+Li l-avversarju u l-għadu kellhom jidħlu mill-bibien taʼ Ġerusalemm.+ מ [Mem] 13  Minħabba d-dnubiet tal-profeti tagħha, l-iżbalji tal-qassisin tagħha,+Ġew f’nofsha dawk li xerrdu demm il-ġusti.+ נ [Nun] 14  Iġġerrew bħal għomja+ fit-toroq.+ Tniġġsu bid-demm,+U għalhekk ħadd ma jistaʼ jmissilhom ħwejjiġhom.+ ס [Samek] 15  “Ersqu min-nofs! M’intomx nodfa!”+ qalulhom. “Ersqu min-nofs! Ersqu min-nofs! Tmissuniex!”+Għax spiċċaw ma kellhomx fejn joqogħdu.+ U ġġerrew ’l hemm u ’l hawn.+ In-nies qalu fost il-ġnus: “Ma jerġgħux jgħixu magħna bħala barranin.+ פ [Pe] 16  Ġeħova xerridhom.+ M’huwiex se jerġaʼ jħares lejhom.+Il-qassisin ma jintwerewx konsiderazzjoni.+ Lix-xjuħ ma jħennux għalihom.”+ ע [Għajn] 17  Sakemm inkomplu neżistu, għajnejna se jibqgħu jinfnew għalxejn waqt li nistennew l-għajnuna.+Aħna u nfittxu ’l hemm u ’l hawn dorna lejn ġens li ma jistax isalvana.+ צ [Sade] 18  Qed iqisulna l-passi tagħna,+ u għalhekk ma nistgħux nimxu fil-pjazez tagħna.Tmiemna fil-qrib. Għalqilna żmienna, għax wasal tmiemna.+ ק [Kof] 19  Eħfef mill-ajkli tas-smewwiet kienu dawk li ġrew warajna.+Fuq il-muntanji ġrew warajna kemm felħu.+ Fix-xagħri qagħdu lesti għalina.+ ר [Rex] 20  In-nifs taʼ mnifsejna,+ il-midluk taʼ Ġeħova,+ inqabad fil-ħofra kbira tagħhom,+Dak li dwaru għedna: “Għad-dell tiegħu+ se ngħixu fost il-ġnus.”+ ש [Sin] 21  Ifraħ u thenna,+ O bint Edom,+ int li tgħammar fl-art t’Uż.+Il-kies se jgħaddi għal għandek ukoll.+ Se tisker u tinkixef għarwiena.+ ת [Taw] 22  Il-kastig għall-iżball tiegħek, O bint Sijon, intemm.+ Hu ma jerġax jieħdok fl-eżilju.+Se jikkastigak għall-iżball tiegħek, O bint Edom. Kixiflek dnubietek.+

Noti taʼ taħt

Jew, “il-ġebel tas-santwarju.”