Malakija 2:1-17

2  “U issa dan il-kmandament hu għalikom, O qassisin.+  Jekk m’intomx se tisimgħu,+ u jekk m’intomx se ddaħħluha f’qalbkom+ li tagħtu glorja lil ismi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati, “jien se nibgħat fuqkom is-saħta,+ u se nisħet il-barkiet tagħkom.+ Iva, jien diġà sħitthom, għax m’intomx iddaħħlu dan f’qalbkom.”  “Ara! Minħabba fikom qed inċanfar liż-żerriegħa miżrugħa,+ u se ntajjar il-ħmieġ taʼ l-annimali għal wiċċkom, il-ħmieġ tal-festi tagħkom; u tinġarru miegħu.  U se jkollkom tkunu tafu li bgħattilkom dan il-kmandament,+ sabiex il-patt+ tiegħi maʼ Levi jkun jistaʼ jitkompla,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.  “Miegħu kien il-patt tiegħi, patt taʼ ħajja u paċi,+ u jien bqajt nagħtihomlu biex hekk ikollu l-biżaʼ. U hu kompla jibżaʼ minni;+ iva, minħabba ismi twerwer.+  Il-liġi tal-verità kienet f’fommu,+ u ebda inġustizzja ma nstabet fuq xofftejh. Mexa miegħi bil-paċi u b’mod rett,+ u ħafna kienu dawk li reġġagħhom lura mill-iżball.+  Għax xofftejn il-qassis għandhom jaħżnu l-għarfien, u minn fommu n-nies għandhom ifittxu l-liġi;+ għax hu l-messaġġier taʼ Ġeħova taʼ l-armati.+  “Imma intom—intom warrabtu mit-triq.+ Intom ġegħeltu lil ħafna jitfixklu fil-liġi.+ Intom irrovinajtu l-patt taʼ Levi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.  “U jien ukoll, min-naħa tiegħi, se nagħmilkom mistmerrin u bla ġieħ għan-nies kollha+ daqskemm ma żammejtux maʼ triqati, imma wrejtu parzjalità fil-liġi.”+ 10  “Mhux missier wieħed għandna lkoll kemm aħna?+ Mhux Alla wieħed ħalaqna?+ Għala naġixxu bi tradiment bejnietna,+ billi nkasbru l-patt taʼ missirijietna?+ 11  Ġuda aġixxa bi tradiment, u twettqet ħaġa mistkerrha f’Israel u f’Ġerusalemm;+ għax Ġuda kasbar il-qdusija taʼ Ġeħova,+ li Hu ħabb, u ħa lil bint alla barrani biex jiżżewwiġha.+ 12  Ġeħova se jqaċċat mit-tined taʼ Ġakobb lil kull wieħed li jagħmel dan,+ lil dak li hu mqajjem u lil dak li jwieġeb, u lil dak li jippreżenta offerta bħala għotja+ lil Ġeħova taʼ l-armati.” 13  “U din hi t-tieni ħaġa li intom tagħmlu, ħaġa li biha ġġiegħlu l-artal taʼ Ġeħova jinkesa bid-dmugħ, bil-biki u bit-tnehid, tant li l-offerti tagħkom bħala għotja m’għadhomx jiġu aċċettati iżjed u xejn ma jintlaqaʼ minn idkom bi pjaċir.+ 14  U intom għedtu, ‘Minħabba liema ħaġa?’+ Minħabba dan, li Ġeħova nnifsu xehed bejnek u bejn il-mara taʼ żgħożitek,+ li magħha int aġixxejt bi tradiment, għalkemm hi s-sieħba tiegħek u l-mara tal-patt tiegħek.+ 15  U kien hemm wieħed li m’għamilx hekk, billi kellu dak li kien baqaʼ mill-ispirtu. U x’kien qed ifittex dan? In-nisel t’Alla.+ U intom oqogħdu attenti għall-ispirtu tagħkom,+ u ħalli ħadd ma jaġixxi bi tradiment mal-mara taʼ żgħożitu.+ 16  Għax hu bagħad id-divorzju,”+ qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel; “u lil dak li kesa ħwejġu bil-vjolenza,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati. “U oqogħdu attenti għall-ispirtu tagħkom, u m’għandkomx taġixxu bi tradiment.+ 17  “Għejjejtuh lil Ġeħova bi kliemkom,+ u għedtu, ‘B’liema mod għejjejnieh?’ Billi għedtu, ‘Kulmin qed jagħmel il-ħażen hu tajjeb f’għajnejn Ġeħova, u b’uħud bħal dawn tgħaxxaq’;+ jew, ‘Fejn hu l-Alla tal-ġustizzja?’”+

Noti taʼ taħt