Malakija 4:1-6

4  “Għax, ara, ġej il-jum jaqbad bħall-forn,+ u l-prużuntużi kollha u dawk kollha li qed jagħmlu l-ħażen iridu jsiru bħat-tiben.*+ U l-jum li ġej se jiblagħhom żgur,” qal Ġeħova taʼ l-armati, “sabiex ma jħallilhom la għerq u lanqas fergħa.+  U għalikom li għandkom il-biżaʼ taʼ ismi se tiddi x-xemx tas-sewwa,+ bil-fejqan fir-raġġi* tagħha;+ u intom toħorġu u taqbżu bħal għoġiela msemmnin.”+  “U se tisħqu lil dawk mill-agħar, għax se jsiru bħat-trab taħt qiegħ saqajkom fil-jum li naġixxi,”+ qal Ġeħova taʼ l-armati.  “Ftakru fil-liġi taʼ Mosè, il-qaddej tiegħi, iva, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li jien ikkmandajtu għal Israel kollu fil-Ħoreb.+  “Ara! Qed nibagħtilkom lil Elija l-profeta+ qabel jiġi l-jum il-kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-biżaʼ.+  U hu jdawwar lura qalb il-missirijiet lejn uliedhom, u qalb l-ulied lejn il-missirijiet; li ma niġix u nolqot l-art u nħarbatha.”*+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “fil-ġwienaħ.”
Jew, “niddedikaha għall-qerda.” Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.