Mikea 1:1-16
1 Il-kelma taʼ Ġeħova li ġiet lil Mikea+ minn Moreset, fi żmien Ġotam,+ Aħaż,+ u Ħeżekija,+ slaten taʼ Ġuda,+ u li hu ra f’viżjoni dwar is-Samarija+ u Ġerusalemm:+
2 “Isimgħu, O popli, ilkoll kemm intom; oqgħod attenta, O art u kulma fik,+ u ħa jkun il-Mulej Sovran Ġeħova xhud+ kontrikom, Ġeħova mit-tempju qaddis tiegħu.+
3 Għax, ara, Ġeħova ħiereġ minn postu,+ u se jinżel u jirfes fuq il-postijiet għoljin taʼ l-art.+
4 U l-muntanji jinħallu taħtu,+ u l-pjanuri l-baxxi jinferqu, bħax-xamaʼ minħabba n-nar,+ bħall-ilmijiet li jgelglu maʼ xi niżla wieqfa.
5 “Dan kollu qed iseħħ minħabba l-irvell taʼ Ġakobb, saħansitra minħabba d-dnubiet taʼ dar Israel.+ X’inhu l-irvell taʼ Ġakobb? Mhux is-Samarija?+ U x’inhuma l-postijiet għall-qima* taʼ Ġuda?+ Mhux Ġerusalemm?
6 U s-Samarija nagħmilha ħerba sħiħa fir-rabaʼ+ u nagħmilha wkoll l-oqsma fejn jitħawlu d-dwieli; u ngerbeb ’l isfel fil-wied il-ġebel tagħha, u nikxfilha s-sisien tagħha.+
7 U x-xbihat minquxin tagħha jiġu mfarrkin kollha,+ u l-għotjiet kollha li ngħatawlha bħala ħlasha jiġu maħruqin fin-nar;+ u l-idoli kollha tagħha nagħmilhom ħerba. Għax hi ġemmgħathom minn dak li ngħatat bħala l-ħlas taʼ prostituta, u bħala l-ħlas taʼ prostituta jerġgħu jingħataw.”+
8 Minħabba f’hekk innewwaħ u nibki;+ nimxi ħafi u għarwien.+ Innewwaħ bħax-xakall, u ningħi bħan-nagħma.
9 Għax il-ġerħa tagħha ma titfejjaqx;+ għax waslet sa Ġuda,+ il-marda waslet sa bieb il-poplu tiegħi, sa Ġerusalemm.+
10 “Ixxandruhiex ġo Gat; żgur li m’għandkomx tħalluhom jarawkom tibku.+
“F’dar Afra tmiegħku fit-trab.+
11 Għaddi ’l hemm, O abitanta taʼ Safir, b’għera tal-mistħija.+ L-abitanta taʼ Sanan ma ħarġitx. Bit-tinwiħ, Bet-esel jieħu mingħandkom il-post taʼ kenn tiegħu.
12 Għax l-abitanta taʼ Marot stenniet it-tajjeb,+ imma dak li hu ħażin niżel mingħand Ġeħova sa bieb Ġerusalemm.+
13 Orbot il-karru maż-żwiemel, O abitanta taʼ Lakis.+ Il-bidu tad-dnub kienet din għal bint Sijon,+ għax fik instabu l-irvellijiet taʼ Israel.+
14 Għalhekk, int tagħti għotjiet tat-tluq lil Moreset-gat.+ Id-djar t’Akżib+ kienu bħal gidba għas-slaten taʼ Israel.
15 Għad inġib kontrik lil min jiħodlok il-proprjetà tiegħek,+ O abitanta taʼ Maresah.+ Saħansitra s’Għadullam+ għad tasal il-glorja taʼ Israel.
16 Qaxxar xagħrek qargħa u tqarweż minħabba wliedek li kienu l-għaxqa li ma bħalha tiegħek.+ Kabbar il-qargħa taʼ rasek bħal dik taʼ l-ajkla, għaliex telqulek fl-eżilju.”+