Proverbji 2:1-22
2 Ibni, aċċetta dak li ngħidlekU apprezza* l-kmandamenti tiegħi,
2 Billi tagħti kas l-għerfU tiftaħ moħħok* biex titgħallem tagħraf x’inhu tajjeb u ħażin.
3 Iktar minn hekk, itlob mill-qalb biex tkun tistaʼ tifhemU itlob bil-ħniena biex tagħraf it-tajjeb mill-ħażin.
4 Ibqaʼ fittex dawn l-affarijiet bħal fidda,U ibqaʼ ħaffer għalihom bħal teżori moħbijin.
5 Jekk tagħmel hekk, se tifhem xi jfisser li tirrispetta ħafna lil* Ġeħova,U se jirnexxilek titgħallem dwar Alla.
6 Għax Ġeħova stess jagħti l-għerf;U dak li jgħid jgħin lin-nies ikollhom l-għarfien u jagħrfu x’inhu tajjeb u ħażin.
7 Hu jerfaʼ l-għerf għal dawk li huma ġusti;Hu tarka għal dawk li juru lealtà.
8 Hu jgħasses il-ħajja tal-ġusti,U se jipproteġi l-ħajja tal-leali tiegħu.
9 Imbagħad se tifhem x’inhu sewwa, ġust, u raġonevoli.
Int se tifhem liema hi t-triq it-tajba.
10 Meta qalbek tkun tixtieq l-għerfU ruħek* tieħu pjaċir bl-għarfien,
11 Il-fatt li kapaċi taħseb se jgħinek,U li tifhem x’inhu tajjeb u ħażin se jipproteġik,
12 Biex ma tagħmilx dak li hu ħażin,U ma tiġix affettwat min-nies li jgħidu affarijiet mhux veri.
13 Dawn se jipproteġuk ukoll minn dawk li telqu mit-triq it-tajbaBiex jimxu f’toroq mudlama,
14 Minn dawk li jieħdu pjaċir bil-ħażinU li jifirħu bl-affarijiet mill-agħar,
15 Dawk li t-triqat tagħhom mhumiex drittiU li ma tistax tafdahom.
16 L-għerf se jeħilsek mill-mara midinba,*U mill-kliem li l-mara immorali* tuża biex tħajrek
17 Li titlaq lir-raġel* li żżewġet f’żgħożithaU tinsa l-patt li għamlet m’Alla;
18 Għax li tmur għandha hu bħallikieku tmur għall-mewt,U t-triq għad-dar tagħha twassal għall-qabar.
19 Ħadd minn dawk li jkollhom x’jaqsmu magħha ma jiġi lura,U lanqas jerġaʼ jkun fit-triq li twassal għall-ħajja.
20 Għalhekk, imxi fit-triq tan-nies tajbinU ibqaʼ fit-toroq tal-ġusti.
21 Għax in-nies sewwa biss se jgħixu fuq l-art,U dawk li huma leali lejn Alla* se jibqgħu fiha.
22 Imma l-ħżiena se jitqaċċtu mill-art,U t-tradituri se jitneħħew minnha.
Noti taʼ taħt
^ Jew “aħżen.”
^ Letteralment “qalbek.”
^ Letteralment “tibżaʼ minn.”
^ Letteralment “stranġiera.” Milli jidher tirreferi għal xi ħadd li m’għandux ħbiberija m’Alla minħabba li ma jobdix il-livelli morali tiegħu.
^ Letteralment “barranija.” Milli jidher tirreferi għal xi ħadd li ma jobdix il-livelli morali t’Alla.
^ Letteralment “lill-ħabib tal-qalb.”
^ Jew “bla ħtija.”