Proverbji 24:1-34

  • Tgħirx għal nies ħżiena (1)

  • Dar tinbena bl-għerf (3)

  • Il-ġust jistaʼ jaqaʼ, imma żgur li jqum (16)

  • Tpattix (29)

  • Min jongħos isir fqir (33, 34)

24  Tgħirx għal nies ħżiena,U tixxennaqx biex tkun magħhom.   Huma jimmeditaw fuq il-vjolenza,U jibqgħu jitkellmu dwar kif se jweġġgħu lil oħrajn.   Dar* tinbena bl-għerf,U żżomm sod għax il-bennej jaf jagħraf it-tajjeb u l-ħażin.   Bl-għarfien, il-kmamar tagħha huma mimlijinB’kull tip taʼ teżori prezzjużi u sbieħ.   Raġel għaqli hu b’saħħtu,U bl-għarfien raġel iżid il-qawwa tiegħu.   Int se tiġġieled il-gwerra tiegħek b’direzzjoni* għaqlija,U se tirbaħ* permezz taʼ ħafna li jagħtu l-pariri.   L-iblah ma jistax ikollu l-għerf veru;Hu m’għandux x’jgħid f’bieb il-belt.   Kull min jippjana l-ħażenJissejjaħ bniedem tas-sengħa fl-ideat mill-agħar.   Il-pjanijiet tal-iblah iwasslu għad-dnub,U n-nies jobogħdu lil min iwaqqaʼ għaċ-ċajt. 10  Jekk tkun skuraġġit fi żmien taʼ tbatija,*Ma tantx se jkollok saħħa. 11  Eħles lil dawk li qed jittieħdu biex jingħataw il-mewt,U għin lil dawk li qegħdin fil-periklu li jinqatlu. 12  Jekk tgħidu: “Imma ma konniex nafu’”Taħsbu li dak li jeżamina l-qalb* ma jindunax x’qed taħsbu? Iva, dak li jinnotakom* se jkun jafU se jagħti lil kull wieħed dak li ħaqqu. 13  Ibni, kul l-għasel għax hu tajjeb;L-għasel pur għandu togħma ħelwa. 14  Bl-istess mod, kun af li l-għerf hu tajjeb għalik.* Jekk issibu, ikollok futur tajjeb u jibqaʼ jkollok tama. 15  Tistaħbiex ħdejn id-dar taʼ xi ħadd ġust biex tattakkah;Teqridlux il-post taʼ mistrieħ, 16  Għax il-ġust jistaʼ jaqaʼ sebaʼ darbiet, u żgur li jqum,Imma dawk mill-agħar se jkollhom l-inkwiet u jitfixklu. 17  Meta l-għadu tiegħek jaqaʼ, tiħux pjaċir,U meta jitfixkel, tħallix lil qalbek tifraħ, 18  Inkella Ġeħova se jinnota dan u ma jiħux pjaċir,U ma jibqax irrabjat għalih.* 19  Tagħmilx in-nervi* minħabba l-ħżiena;Tgħirx għal nies mill-agħar, 20  Għax il-ħażin m’għandux tama;Il-wieħed mill-agħar hu bħal lampa li se tintefa. 21  Ibni, irrispetta ħafna lil* Ġeħova u lir-re. Tagħmilhiex mar-ribelli,* 22  Għax huma se jinqerdu f’daqqa waħda,U min jaf xi ħsara se jagħmlulhom huma t-tnejn?* 23  Dan il-kliem ġej minn nies għorrief: Mhux tajjeb li jkun hemm preferenzi fil-ġudizzju. 24  Kull min jgħid lill-ħażin: “Int ġust’”Se jkun misħut min-nies u kkundannat mill-popli. 25  Imma min jikkoreġih se jmur tajjeb;Hu se jiġi mbierek ħafna. 26  In-nies se jirrispettaw lil min iwieġeb b’mod onest.* 27  L-ewwel aħdem iebes fl-għalqa u aħrat il-ħamrija,Imbagħad ibni d-dar.* 28  Tixhidx kontra xi ħadd mingħajr bażi. Tużax kliem biex tqarraq b’oħrajn. 29  Tgħidx: “Kif għamilli, nagħmillu. Ħa npattihielu.” 30  Jien għaddejt minn ħdejn l-għalqa tal-għażżien,Ħdejn l-għalqa bid-dwieli taʼ dak li m’għandux sens f’moħħu. 31  Jien rajt li kien hemm ħafna ħaxix ħażin;L-art kienet mimlija ħurrieq,U l-ħajt tas-sejjieħ imwaqqaʼ. 32  Jien ħsibt sew dwar dak li rajt;Jien rajtu u ħadt din it-tagħlima:* 33  Jekk torqod ftit ieħor, tongħos ftit ieħor,U tistrieħ b’idejk marbutin ftit ieħor, 34  Int malajr se ssir fqir, bħallikieku tiġi attakkat f’daqqa minn ħalliel,U bħallikieku raġel armat jiħodlok kulma għandek.

Noti taʼ taħt

Jew “Familja.”
Jew “bi gwida.”
Jew “ikollok suċċess; ikun hemm salvazzjoni.”
Jew “taʼ inkwiet.”
Jew “l-intenzjonijiet.”
Jew “jinnota lil ruħkom.”
Jew “hu ħelu għal ruħek.”
Jiġifieri l-għadu.
Jew “Titbaqbaqx.”
Letteralment “ibżaʼ minn.”
Jew “maʼ dawk li jridu bidla.”
Jiġifieri Ġeħova u r-re.
Jew forsi “Min iwieġeb b’mod dirett ikun qisu qed jagħti bewsa.”
Jew “il-familja.”
Letteralment “ħadt din id-dixxiplina:”