Proverbji 28:1-28

  • It-talba taʼ min ma jobdix il-liġi hi mibgħuda (9)

  • Min jammetti n-nuqqasijiet se jintwera ħniena (13)

  • Min jgħaġġel biex isir sinjur mhux se jibqaʼ innoċenti (20)

  • Aħjar tikkoreġi lil xi ħadd milli tfaħħru biex tingħoġob (23)

  • Min hu ġeneruż mhu se jonqsu xejn (27)

28  Il-ħżiena jaħarbu meta ma jkun hemm ħadd jiġri warajhom,Imma l-ġusti huma kuraġġużi bħal iljun.*   Meta n-nies taʼ pajjiż jagħmlu rewwixta,* il-mexxejja jinbidlu taʼ spiss,Imma bl-għajnuna taʼ xi ħadd li kapaċi jifhem u li għandu l-għarfien, mexxej* idum għal żmien twil.   Il-fqir li jieħu vantaġġ mill-batutHu bħal xita li tkaxkar il-prodott kollu tal-għelieqi.   Dawk li jiksru l-liġi jfaħħru lill-wieħed ħażin,Imma dawk li jobdu l-liġi jirrabjaw ħafna għalihom.   In-nies mill-agħar ma jistgħux jifhmu l-ġustizzja,Imma dawk li jfittxu lil Ġeħova jistgħu jifhmu kollox.   Aħjar xi ħadd fqir u jagħmel dak li hu tajjebMilli sinjur u korrott.   Tifel li kapaċi jifhem jobdi l-liġi,Imma min jagħmilha maż-żaqqiqin jiddiżonora lil missieru.   Min iżid il-ġid tiegħu bl-imgħax u bi qligħ inġust,*Il-ġid tiegħu se jmur għand min iħenn għall-fqir.   Min ma jridx jobdi l-liġi,Anki t-talba tiegħu hi mibgħuda minn Alla. 10  Dak li qed jiżvija lill-ġusti biex jaqbdu triq ħażina se jaqaʼ fil-ħofra tiegħu stess,Imma dawk li huma bla ħtija se jiġu ppremjati. 11  Is-sinjur jaħseb li hu għaref,Imma xi ħadd fqir li kapaċi jifhem jaf x’inhu. 12  Meta l-ġusti jirnexxu jkun hemm ferħ kbir,*Imma meta l-ħżiena jkollhom l-awtorità, in-nies imorru jistaħbew. 13  Min jaħbi n-nuqqasijiet tiegħu mhux se jirnexxi,Imma min jammettihom u ma jibqax jagħmilhom se jintwera ħniena. 14  Min hu dejjem għassa* jkun ferħan,Imma min iwebbes rasu* se jiġi fl-inkwiet. 15  Raġel ħażin li jmexxi fuq nies batutiHu bħal iljun jgħajjat u bħal ors li se jattakka. 16  Mexxej li ma jafx jagħraf it-tajjeb u l-ħażin jabbuża mill-awtorità li għandu,Imma wieħed li jobgħod il-qligħ diżonest se jgħix iktar. 17  Min hu ħati għall-qtil taʼ xi ħadd se jibqaʼ jaħrab sa ma jmut.* Ħadd m’għandu jgħinu. 18  Dak li hu bla ħtija se jiġi salvat,Imma dak li jagħmel il-ħażin se jbati. 19  Dak li jaħdem l-art tiegħu se jkollu ħafna ikel,Imma min qed jiġri wara affarijiet li ma jiswew xejn se jkun fqir ħafna. 20  Min hu leali se jkollu ħafna barkiet,Imma dak li jgħaġġel biex isir sinjur mhux se jibqaʼ innoċenti. 21  Mhux tajjeb li turi preferenzi,Imma għal biċċa ħobż bniedem jistaʼ jagħmel xi ħaġa ħażina. 22  Xi ħadd għajjur* hu ħerqan biex isir sinjur,Imma ma jafx li se jsir fqir f’daqqa. 23  Min jikkoreġi lil xi ħadd, wara se jkun iktar irrispettatMinn xi ħadd li jfaħħar biex jingħoġob. 24  Kull min qed jisraq lil missieru u lil ommu u jgħid: “Mhu qed nagħmel xejn ħażin’”Hu sieħeb tal-bniedem li jġib qerda. 25  Bniedem rgħib* jaqlaʼ l-ġlied,Imma kull min jistrieħ fuq Ġeħova se jirnexxi.* 26  Kull min jafda f’qalbu stess hu stupidu,Imma min jaġixxi b’għaqal se jinħeles. 27  Min jagħti lill-foqra mhu se jonqsu xejn,Imma min jinjorahom se jkollu ħafna saħtiet. 28  Meta l-ħżiena jkollhom l-awtorità, in-nies imorru jistaħbew,Imma meta jinqerdu, in-nies ġusti jiżdiedu.

Noti taʼ taħt

Jew “iljun b’saħħtu.”
Jew “jiksru l-liġi.”
Letteralment “hu.”
Jew “bl-użura.”
Jew “glorja kbira.”
Jew “imbeżżaʼ.”
Letteralment “iwebbes qalbu.”
Jew “sal-qabar; sal-ħofra.”
Jew “rgħib.”
Jew forsi “Ruħ arroganti.”
Letteralment “jeħxien.”