Proverbji 3:1-35

  • Kun għaref u afda f’Ġeħova (1-12)

    • Onora lil Ġeħova bl-affarijiet prezzjużi tiegħek (9)

  • L-għerf iġib il-ferħ (13-18)

  • L-għerf iġib is-sigurtà (19-26)

  • Aġixxi kif jixraq maʼ ħaddieħor (27-35)

    • Għin lil min għandu bżonn jekk tistaʼ tagħmel dan (27)

3  Ibni, tinsiex it-tagħlim tiegħi,U jalla tobdi l-kmandamenti tiegħi b’qalbek kollha.   Jekk tagħmel hekk, se jkollok ħajja itwalU tgħix fil-paċi.   Tħallix l-imħabba* u l-lealtà* jitilquk. Orbothom m’għonqok u iktibhom fuq qalbek;   B’hekk, Alla u n-nies se jieħdu pjaċir bikU jqisuk għaref.   Afda f’Ġeħova b’qalbek kollhaU tistrieħx fuq dak li taħseb int stess.   F’kulma tagħmel, aħseb dwar dak li jrid Alla,U hu se jurik it-triq it-tajba.   Tafdax fl-għerf tiegħek stess. Irrispetta ħafna lil* Ġeħova u tbiegħed mill-ħażen.   Dan se jfejjaq lil ġismek*U jsaħħaħ lil għadmek.   Onora lil Ġeħova bl-affarijiet prezzjużi tiegħek,Bl-aqwa mill-prodotti* kollha tiegħek; 10  Imbagħad l-imħażen tiegħek se jkunu mimlijin sew,U t-tramunġani* tiegħek se jfuru bi nbid ġdid. 11  Ibni, tirrifjutax id-dixxiplina taʼ Ġeħova,U tirrabjax meta jikkoreġik, 12  Għax Ġeħova jikkoreġi lil min iħobb,Bħalma jagħmel missier lit-tifel tiegħu li jħobb. 13  Ferħan hu min jitgħallem x’inhu l-għerfU min jitgħallem jagħraf x’inhu tajjeb u ħażin. 14  Hu aħjar li tkun għaref milli jkollok il-fidda jew id-deheb. 15  L-għerf hu iktar prezzjuż mill-korall;*Kulma tixtieq ma jiswiex daqsu. 16  Jekk ikollok l-għerf se tgħix ħajja twilaU jkollok il-ġid u l-glorja. 17  Int se tkun ferħan u tgħix fil-paċi. 18  L-għerf hu bħal siġra tal-ħajja;Kull min jibqaʼ jżomm miegħu se jgħix u jkun ferħan. 19  Ġeħova għamel id-dinja bl-għerf. Hu poġġa s-sema f’postha bl-intelliġenza.* 20  Bl-għarfien tiegħu qasam l-ilmijiet fondiU mis-sema mimlija sħab bdiet nieżla n-nida. 21  Ibni, żommhom f’moħħok.* Ipproteġi l-għerf u l-fatt li kapaċi taħseb; 22  Dawn se jagħtuk il-ħajja*U jkunu bħal ġiżirana sabiħa għal għonqok. 23  Imbagħad se timxi fi triqtek mingħajr periklu,U mhu se titfixkel qatt.* 24  Meta timtedd, m’intix se tibżaʼ;Int se timtedd u tieħu gost torqod. 25  M’intix se tinkwieta li se tiġri xi ħaġa tal-biżaʼ f’daqqaJew mill-maltempata li ġejja fuq il-ħżiena. 26  Għax Ġeħova se jgħinek, u int tistaʼ tafdah għalkollox;Hu żgur mhux se jħalli sieqek tinqabad f’nassa. 27  Iżżommx lura milli tgħin lil min għandu bżonn*Jekk tkun tistaʼ* tagħmel dan. 28  Tgħidx lil xi ħadd: “Mur, erġaʼ ejja għada, u nagħtik dak li għandek bżonn’”La tkun tistaʼ tagħtihulu dak il-ħin. 29  Tippjanax biex tagħmel il-ħsara lill-ġar tiegħekMeta hu jafdak. 30  Tiġġilidx maʼ xi ħadd għalxejn b’xejn,Jekk ma jkun għamillek xejn ħażin. 31  Tgħirx għal xi ħadd li hu vjolenti,U tagħmilx bħalu. 32  Għax Ġeħova jobgħod lil min hu qarrieq,Imma Hu ħabib kbir taʼ min hu ġust. 33  Ġeħova jisħet il-familja tal-wieħed mill-agħar,Imma jbierek il-familja tal-wieħed ġust. 34  Għax hu jidħaq b’dawk li jwaqqgħu għaċ-ċajt,Imma japprova lill-umli. 35  L-għorrief se jkunu onorati,Imma l-istupidi jagħtu importanza lill-affarijiet li jġibu diżunur.

Noti taʼ taħt

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “il-verità.”
Letteralment “Ibżaʼ minn.”
Letteralment “żokortok.”
Jew “mill-qligħ.”
Jew “il-postijiet fejn tagħsar l-inbid.”
Letteralment “bid-dixxerniment.”
Milli jidher qed jirreferi għall-kwalitajiet t’Alla li ssemmew fil-versi taʼ qabel.
Jew “ħajja għal ruħek.”
Jew “sieqek ma taħbat maʼ mkien.”
Jew “lil min hu dovut.”
Jew “Jekk għandek il-qawwa li.”