Proverbji 31:1-31
31 Dan hu l-kliem tar-Re Lemwel, il-pariri importanti li tatu ommu:
2 Xi ngħidlek ibni, il-wieħed li wellidt,U xi ngħidlek ibni, li dwarek jien għamilt wegħda?
3 Tħallix lin-nisa jiħdulek saħħtek,U tinħeliex f’affarijiet li jeqirdu re.
4 Lemwel, mhuwiex xieraq għar-rejiet,Mhuwiex xieraq għar-rejiet li jixorbu l-inbid,U lanqas għall-mexxejja li jixorbu l-alkoħol,
5 Biex ma jixorbux u jinsew dak li hemm fil-liġi,U jiksru d-drittijiet tal-batuti.
6 Agħti l-alkoħol lil min wasal biex imutU l-inbid lil dawk li għandhom qalbhom sewda.
7 Ħa jixorbu u jinsew il-faqar tagħhom;Ħa ma jibqgħux jiftakru l-inkwiet li għandhom.
8 Aqbeż għal dawk li ma jistgħux jiddefendu lilhom infushom;Iddefendi d-drittijiet taʼ dawk kollha li waslu biex imutu.
9 Tibqax b’ħalqek magħluq, u ġġudika b’mod ġust;Iddefendi d-drittijiet* tal-batuti u l-foqra.
א [Alef]
10 Min jistaʼ jsib mara kapaċi?*
Hi tiswa ħafna iktar mill-korall.*
ב [Bet]
11 Ir-raġel tagħha jafdaha b’qalbu kollha,U hu ma jonqsu xejn.
ג [Gimel]
12 Tul ħajjithaHi tagħmillu dak li hu tajjeb, u mhux ħażin.
ד [Dalet]
13 Hi tfittex is-suf u l-għażel,U tieħu gost taħdem.
ה [Ħe]
14 Hi ġġib l-ikel tagħha mill-bogħod,Bħall-vapuri taʼ negozjant.
ו [Waw]
15 Ukoll, hi tqum meta jkun għadu billejl,Tagħti l-ikel lil dawk tad-dar tagħha,U lill-qaddejja nisa tagħha.
ז [Żajin]
16 Wara li taħsibha sew, hi tixtri għalqa;B’dak li taqlaʼ,* hi tħawwel id-dwieli.
ח [Ħet]
17 Hi tlesti biex taħdem iebes,U tlesti jdejha għax-xogħol.
ט [Tet]
18 Hi tkun ċerta li tagħmel il-qligħ min-negozju tagħha;Tibqaʼ taħdem sa tard* billejl.
י [Jod]
19 Hi tmidd idejha għall-magħżel,U taqbad id-dussies.*
כ [Kaf]
20 Hi tagħti daqqa t’id lill-batutU tkun ġeneruża mal-fqir.
ל [Lamed]
21 Meta tagħmel il-borra, hi ma tinkwetax għan-nies taʼ darha,Għax huma kollha lebsin ħwejjeġ li jsaħħnu.*
מ [Mem]
22 Hi stess tagħmel il-kutri għas-sodda tagħha.
Il-ħwejjeġ tagħha magħmulin mill-għażel u s-suf vjola.
נ [Nun]
23 Ir-raġel tagħha hu magħruf sew f’bibien il-belt.
Hemmhekk hu joqgħod bilqiegħda mal-anzjani* tal-pajjiż.
ס [Samek]
24 Hi tagħmel ħwejjeġ* tal-għażel u tbigħhom,U tinnegozja ċ-ċinturini man-negozjanti.
ע [Għajn]
25 Hi kuraġġuża u tiġi rrispettata,U tħares lejn il-futur b’fiduċja.*
פ [Pe]
26 Hi titkellem bl-għerf;Meta tgħallem, tagħmel dan b’qalb tajba.*
צ [Sade]
27 Hi toqgħod attenta għal dak li qed jiġri fid-dar tagħhaU ma toqgħodx titgħażżen.
ק [Kof]
28 It-tfal tagħha jqumu u jfaħħruha;Anki r-raġel tagħha jqum u jfaħħarha.
ר [Rex]
29 Hemm ħafna nisa li wrew li huma kapaċi,*Imma int aħjar minnhom kollha.
ש [Xin]
30 Il-ħlewwa tistaʼ tqarraq bik, u s-sbuħija tistaʼ tgħaddi malajr,Imma l-mara li għandha rispett kbir lejn* Ġeħova se tiġi mfaħħra.
ת [Taw]
31 Ippremjaha għal dak li tagħmel.*
Hi jistħoqqilha tiġi mfaħħra f’bibien il-belt għax-xogħol iebes tagħha.
Noti taʼ taħt
^ Jew “il-kawża.”
^ Jew “eċċellenti.”
^ Letteralment “Minn frott idejha.”
^ Letteralment “Il-lampa tagħha ma tintefiex.”
^ Il-magħżel u d-dussies kienu stikek użati biex idawru jew jagħmlu l-ħajt u s-suf.
^ Letteralment “doppji.”
^ Jew “ħwejjeġ taʼ taħt.”
^ Jew “tidħaq dwar il-futur.”
^ Letteralment “Il-liġi tal-imħabba leali qiegħda fuq ilsienha.”
^ Jew “eċċellenti.”
^ Letteralment “tibżaʼ minn.”
^ Letteralment “Agħtuha minn frott idejha.”