Proverbji 5:1-23

  • Twissija dwar nisa immorali (1-14)

  • Ifraħ bil-mara tiegħek (15-23)

5  Ibni, oqgħod attent għall-għerf tiegħi. Ismagħni sew* ħalli titgħallem kif tagħraf it-tajjeb mill-ħażin.   B’hekk tkun tistaʼ taħseb b’mod ċarU dejjem tgħid il-verità.   Għax xofftejn il-mara midinba* jqattru bħal xehda għasel,U hi tuża kliemha biex tħajjar lin-nies.*   Imma fl-aħħar hi bħal pjanta* li għandha togħma morraU hi bħal xabla taqtaʼ ħafna.   Saqajha neżlin lejn il-mewt. Il-passi tagħha jwasslu dritt lejn il-Qabar.*   Hi ma jimpurtahiex mit-triq li twassal għall-ħajja. Timxi ’l hemm u ’l hawn, imma ma tafx fejn sejra.   Ibni,* ismaʼ minniU twarrabx dak li qed ngħidlek.   Żomm ’il bogħod minnha;Tmurx viċin id-dar tagħha,   Ħalli ma titlifx ir-rispett t’oħrajnU tbati l-kumplament taʼ ħajtek, 10  Ħalli l-istranġieri ma jiħdux il-ġid* tiegħekU dak li ħdimt iebes għalih ma jmurx fid-dar taʼ barrani. 11  Inkella se tibki u tbati fi tmiem ħajtekMeta saħħtek u ġismek jispiċċaw, 12  U int tgħid: “Għala kont nobgħodha d-dixxiplina? U għala m’aċċettajtx il-korrezzjoni? 13  Jien ma smajtx minn dawk li għallmuniU lanqas tajt kashom. 14  Jien wasalt biex ninqered għalkollox f’daqqaF’nofs il-kongregazzjoni kollha.”* 15  Ixrob l-ilma mill-ġiebja tiegħek stess,U l-ilma ġieri* mill-bir tiegħek stess. 16  Għala għandhom l-għejun tal-ilma tiegħek jinfirxu barra,U n-nixxigħat tal-ilma tiegħek fil-pjazez? 17  Ħa jkunu għalik biss,U mhux għall-istranġieri. 18  Ħa tkun imbierka l-għajn tal-ilma tiegħek,U jalla tifraħ bil-mara li żżewwiġt f’żgħożitek. 19  Ħa tkun għalik bħal ċerva maħbuba u mogħża tal-muntanji ħelwa. Ħalli sidirha jgħaxxqek kull ħin. Ħa tkun il-ħin kollu affaxxinat bi mħabbitha. 20  Allura, ibni, għala għandek tkun affaxxinat minn mara midinba*Jew tgħannaq mara immorali?* 21  Għax Ġeħova jara x’jagħmlu n-nies;Hu jagħti kas kollox. 22  L-iżbalji tal-ħażin huma nassa għalih,U d-dnubiet tiegħu huma bħal ħbula li jżommuh. 23  Hu se jmut minħabba li m’aċċettax id-dixxiplinaU jiżvija minħabba l-bluha kbira tiegħu.

Noti taʼ taħt

Letteralment “Mejjel widintek.”
Letteralment “stranġiera.” Ara Pr 2:16.
Jew “U ħalqha melliesi iktar miż-żejt.”
Letteralment “assenzju.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “Uliedi.”
Jew “il-qawwa.”
Letteralment “l-assemblea u l-kongregazzjoni.”
Jew “frisk.”
Letteralment “stranġiera.” Ara Pr 2:16.
Letteralment “barranija.” Ara Pr 2:16.