Proverbji 7:1-27
7 Ibni, aċċetta dak li ngħidlek,U apprezza* l-kmandamenti tiegħi.
2 Obdi l-kmandamenti tiegħi u tgħix.
Apprezza t-tagħlim tiegħi daqs il-mimmi t’għajnejk.
3 Orbothom maʼ subgħajkU iktibhom fuq qalbek.
4 Qis lill-għerf bħal oħtok
U l-fatt li kapaċi tifhem bħal xi ħadd li jiġi minnek,
5 Biex jipproteġuk mill-mara midinba,*Mill-mara immorali* u l-kliem li jħajrek tagħha.
6 Jien ħarist mit-tieqa* tad-dar,Ħarist ’l isfel
7 U nnotajt lil dawk bla esperjenza.
Fost dawn iż-żgħażagħ kien hemm żagħżugħ li ma kellux sens f’moħħu.
8 Hu għadda mit-triq ħdejn il-kantuniera tagħha,U mexa lejn id-dar tagħha.
9 Dan kien filgħaxija, bejn inżul ix-xemx u d-dlam,Xħin ikun wasal il-lejl u jibda jidlam.
10 Imbagħad rajt mara tiltaqaʼ miegħu,Liebsa taʼ prostituta, u lesta biex tqarraq bih.
11 Hi storbjuża u ribelluża.
Hi qatt ma tkun id-dar.
12 Filli qiegħda barra u filli qiegħda fil-pjazez,Hi tistenna f’kull kantuniera.
13 Hi taħtfu u tbusu.
Bla mistħija tgħidlu:
14 “Jien offrejt sagrifiċċji tal-paċi.
Illum għamilt dak li wegħedt.
15 Hu għalhekk li ħriġt infittxek,U issa sibtek!
16 Jien frixt is-sodda b’materjal fin,Għażel ikkulurit mill-Eġittu.
17 Fuq is-sodda tfajt fwieħa magħmula mill-mirra, is-sabbara, u l-kannella.
18 Ejja norqdu flimkien* sa filgħodu;Ejja nitpaxxew bl-imħabba.
19 Għax ir-raġel tiegħi mhuwiex id-dar;Hu mar fuq vjaġġ ’il bogħod.
20 Hu ħa miegħu borża flus,U ġej lura d-dar meta l-qamar ikun kwinta.”
21 Tant kemm influwenzatu li qarrqet bih.
Hi ħajritu bil-kliem tagħha.
22 F’daqqa waħda hu jmur warajha, bħal barri li sejjer għall-qatla,Bħal iblah li jiġi marbut bil-ktajjen biex jiġi kkastigat,
23 Sakemm vleġġa tidħol fi fwiedu.
Bħal għasfur li jgħaġġel biex jidħol f’nassa,Hu ma jafx li dan se jiswielu ħajtu.
24 U issa, ismaʼ minni ibni,*Oqgħod attent għal dak li ngħidlek.
25 Tħallihiex twaqqgħek fit-tentazzjoni.
Tmurx warajha,
26 Għax hemm ħafna li mietu minħabba fiha,U hi qatlet ammont kbir taʼ nies.
27 Li tmur id-dar tagħha, hu bħallikieku sejjer il-Qabar;*Li tmur hemm, hu bħallikieku sejjer lejn il-mewt.
Noti taʼ taħt
^ Jew “aħżen.”
^ Din kienet tieqa li minflok ħġieġ kellha strixxi msallbin tal-injam.
^ Jew “niskru bl-imħabba.”
^ Letteralment “uliedi.”
^ Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.