Proverbji 8:1-36

  • L-għerf jitkellem bħallikieku bniedem (1-36)

    • “Jien kont l-ewwel li ġejt maħluq minn Ġeħova” (22)

    • “Jien kont maġenbu bħala ħaddiem tas-sengħa” (30)

    • “Kont inħobb b’mod speċjali lill-bnedmin” (31)

8  L-għerf qed jgħajjat U l-abbiltà li tagħraf x’inhu tajjeb u ħażin qed tgħolli leħinha.   Int se tismaʼ l-għerf fuq l-għoljiet tul it-triqU f’salib it-toroq.   Ħdejn bibien il-belt u d-daħla tal-entraturiIkompli jgħajjat:   “Lilkom qed ngħajjat, nies;Qed nindirizza lilkom kollha.*   Intom taʼ bla esperjenza, tgħallmu kunu għaqlin;Intom l-istupidi, stinkaw biex tifhmu.*   Isimgħu, għax dak li ngħid hu importanti,U xofftejja jgħidu dak li hu sewwa.   Bil-ħlewwa jien ngħid il-verità,U xofftejja jobogħdu l-ħażen.   Kulma ngħid hu ġust. Jien ma nitkellimx bil-qerq jew b’mod falz.   Għal min jaf jagħraf x’inhu tajjeb u ħażin, dak li ngħid hu ovvju,U għal dawk li għandhom l-għarfien, hu tajjeb. 10  Aċċettaw id-dixxiplina tiegħi u mhux il-fidda,U l-għarfien minflok l-aqwa deheb. 11  Għax l-għerf hu aħjar mill-korall;*Kulma tixtiequ ma jiswiex daqsu. 12  Jien, l-għerf, ngħix mal-għaqal;Sibt l-għarfien u l-abbiltà li naħseb. 13  Jekk tirrispetta ħafna lil* Ġeħova, se tobgħod dak li hu ħażin. Jien nobgħod is-suppervja, il-kburija, il-kondotta ħażina, u l-kliem li jagħmel il-ħsara. 14  Jien għandi pariri tajbin u sens komun;Għandi l-għaqal u l-qawwa. 15  Permezz tiegħi, ir-rejiet jibqgħu jmexxu,U l-uffiċjali taʼ pożizzjoni għolja jagħmlu liġijiet ġusti. 16  Permezz tiegħi, dawk fl-awtorità jkomplu jmexxu,U l-mexxejja jiġġudikaw b’mod ġust. 17  Jien inħobbhom lil dawk li jħobbuni,U dawk li jfittxuni se jsibuni. 18  Jien għandi ġid u glorja,Iva, ġid li jibqaʼ* u ġustizzja. 19  Dak li tirċievu mingħandi hu aħjar mid-deheb, saħansitra mid-deheb irfinut,U dak li nagħtikom hu aħjar mill-aqwa fidda. 20  Jien iggwidat minn dak li hu sewwa,U dejjem nagħmel dak li hu ġust; 21  Jien nagħti wirt kbir lil dawk li jħobbuni,U nimlielhom l-imħażen tagħhom. 22  “Jien kont l-ewwel li ġejt maħluq minn Ġeħova,L-ewwel minn dak li għamel żmien twil ilu. 23  Minn ħafna żmien ilu, hu tani pożizzjoni onorata,Mill-bidu, minn qabel ma bdiet teżisti d-dinja. 24  Jien twilidt* meta ma kienx hemm ilmijiet fondi,Meta ma kienx hemm nixxigħat mimlijin bl-ilma. 25  Jien twilidt qabel ma l-muntanji tpoġġew f’posthom,U qabel l-għoljiet, 26  Meta kien għadu m’għamilx l-art u l-għelieqiJew l-ewwel trab tal-ħamrija. 27  Jien kont hemm meta pprepara s-sema. Meta mmarka l-orizzont* fuq wiċċ l-ilmijiet, 28  Meta poġġa* s-sħab fis-sema,Meta mela postijiet fondi bl-ilmijiet, 29  Meta għamel limitu għall-baħarBiex l-ilmijiet tiegħu ma jaqbżuhx,U meta poġġa l-pedamenti tal-art, 30  Jien kont maġenbu bħala ħaddiem tas-sengħa. Jien kont il-wieħed li kien iħobb b’mod speċjali kuljum;U kont nieħu pjaċir quddiemu l-ħin kollu. 31  Jien fraħt bl-art li kienu se joqogħdu n-nies fiha,U kont inħobb b’mod speċjali lill-bnedmin.* 32  U issa isimgħu minni, tfal tiegħi;Għax kull min jobdi dak li ngħid se jkun ferħan. 33  Obdu d-dixxiplina u siru għorrief,Twarrbuhiex. 34  Ferħan ikun min jismaʼ minniBilli kuljum jiġi kmieni* ħdejn il-bibien tiegħi,Billi jistenna ħdejn il-koxox tal-bieb tiegħi. 35  Għax min isibni, isib il-ħajjaU Ġeħova japprovah. 36  Imma min jinjorani jweġġaʼ lilu nnifsu,*U dawk li jobogħduni jħobbu l-mewt.”

Noti taʼ taħt

Letteralment “lit-tfal tal-bnedmin.”
Jew “biex ikollkom qalb li tifhem.”
Letteralment “tibżaʼ minn.”
Jew “valuri li jintirtu.”
Jew “twilidt bħallikieku bl-uġigħ tal-ħlas.”
Letteralment “ċirku.”
Letteralment “għamel fis-sod.”
Letteralment “lit-tfal tal-bnedmin.”
Jew “jibqa’ mqajjem.”
Jew “lil ruħu.”