Proverbji 9:1-18

  • L-għerf veru jistieden lin-nies għandu (1-12)

    • “Permezz tal-għerf se tgħix iktar ġranet” (11)

  • Mara stupida tistieden lin-nies għandha (13-18)

    • “L-ilma misruq hu ħelu” (17)

9  L-għerf veru hu bħal persuna li bniet id-dar tagħha,U għamlitilha sebaʼ kolonni.   Hi ppreparat sew il-laħam,*Ħalltet l-inbid,U lestiet ukoll il-mejda.   Hi bagħtet lill-qaddejja nisa tagħhaBiex mill-iktar postijiet għoljin tal-belt jgħajtu:   “Kull min m’għandux esperjenza, ħa jiġi hawnhekk.” Lil min m’għandux sens f’moħħu tgħidlu:   “Ejja kul il-ħobż tiegħiU ħu mill-inbid li jien ħallatt.   Tibqax iblah* u tgħix;Ħalli l-abbiltà li tifhem tiggwidak.”   Min jikkoreġi lil xi ħadd li jwaqqaʼ għaċ-ċajt jiġi ddiżonorat,U min iwissi lil xi ħadd ħażin iweġġaʼ.   Twissix lil xi ħadd li jwaqqaʼ għaċ-ċajt, għax inkella jsir jobogħdok. Wissi lil xi ħadd għaref, u jsir iħobbok.   Aqsam l-għarfien maʼ xi ħadd għaref u jsir iktar għaref. Għallem lil xi ħadd ġust u hu jsir jaf iktar. 10  Biex wieħed ikun għaref l-ewwel irid ikollu rispett kbir lejn* Ġeħova. U l-għarfien dwar l-Iktar Wieħed Qaddis se jgħinek tifhem. 11  Għax permezz tal-għerf se tgħix iktar ġranet,U jkollok ħajja twila. 12  Jekk issir għaref, issir għaref għall-ġid tiegħek stess,Imma jekk twaqqaʼ għaċ-ċajt, int biss se tbati l-konsegwenzi. 13  Mara stupida* hi storbjuża. Hi injoranta u ma taf assolutament xejn. 14  Hi toqgħod bilqiegħda fid-daħla tad-dar tagħhaFuq siġġu fil-postijiet għoljin tal-belt, 15  Tgħajjat lil dawk li jkunu għaddejjin minn hemm;Lil dawk li jkunu għaddejjin fi triqithom tgħidilhom: 16  “Kull min m’għandux esperjenza, ħa jiġi hawnhekk.” Lil min m’għandux sens f’moħħu tgħidlu: 17  “L-ilma misruq hu ħelu,U dak li tiekol bil-moħbi jagħti pjaċir.” 18  Imma hu ma jafx li fid-dar tagħha hemm in-nies mejtin,Li l-mistidnin tagħha qegħdin fil-Qabar.*

Noti taʼ taħt

Jew “qatlet l-annimali.”
Jew “Itlaq lil dawk taʼ bla esperjenza.”
Letteralment “jibżaʼ minn.”
Jew “Il-bluha.”
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.