Salm 103:1-22

  • “Jien se nfaħħar lil Ġeħova”

    • Alla jitfaʼ l-iżbalji tagħna ’l bogħod (12)

    • Alla jħenn bħal missier (13)

    • Alla jiftakar li aħna trab (14)

    • It-tron u s-saltna taʼ Ġeħova (19)

    • L-anġli jisimgħu minn Alla (20)

Għanja taʼ David. 103  Jien* se nfaħħar lil Ġeħova;Jien se nfaħħar lil ismu l-qaddis b’qalbi kollha.   Jien* se nfaħħar lil Ġeħova;Jalla qatt ma ninsa dak li għamel.   Hu jaħfirli l-iżbalji kollhaU jfejjaqli l-mard kollu.   Hu jeħlisni mill-ħofra,*U jurini mħabba, lealtà,* u ħniena.   Hu jagħtini affarijiet tajbin tul ħajti kollha,B’hekk ikolli enerġija* bħal dik t’ajkla.   Ġeħova jaġixxi bil-ġustizzja u s-sewwaMaʼ dawk kollha li huma ttrattati ħażin.   Hu qal lil Mosè kif aġixxa,U lill-Iżraelin dak li għamel.   Ġeħova hu ħanin u qalbu tajba,*Ma jirrabjax malajr u juri ħafna mħabba u lealtà.*   Mhux se joqgħod ifittex l-iżbalji tagħna l-ħin kollu,Mhux se jżomm f’qalbu għal dejjem. 10  Ma kkastiganiex kif jistħoqqilna għad-dnubiet tagħna,U lanqas tana dak li ħaqqna għall-iżbalji tagħna. 11  Għax l-imħabba u l-lealtà tiegħu lejn dawk li jirrispettawh ħafna*Huma kbar daqs l-għoli li hemm bejn is-sema u l-art. 12  Hu tefaʼ l-iżbalji tagħna ’l bogħod minnaDaqs il-bogħod li hemm bejn tlugħ ix-xemx u nżulha. 13  Bħalma missier iħenn għat-tfal tiegħu,Ġeħova jħenn għal dawk li jirrispettaw ħafna lil* ismu. 14  Għax hu jaf sew kif aħna magħmulin,U jiftakar li aħna trab. 15  Il-ħajja taʼ bniedem hi bħal ħaxix;Bħall-ħaxix li jikber f’għalqa. 16  Imma meta jqum ir-riħ, imut,Qisu qatt ma kien hemm.* 17  Imma l-imħabba u l-lealtà taʼ ĠeħovaLejn dawk li jirrispettawh ħafna* hi għal dejjem. Hu se jkompli juri ġustizzja ma’ dawk li se jiġu minnhom 18  Li jżommu l-patt tiegħuU joqogħdu attenti li jobdu l-kmandamenti tiegħu. 19  It-tron taʼ Ġeħova hu fis-sema għal dejjem;U s-saltna tiegħu tmexxi fuq kollox. 20  Faħħru lil Ġeħova, intom l-anġli kollha tiegħu, li għandkom qawwa kbira,Intom li tisimgħu minnu u tobdu l-kmandamenti tiegħu.* 21  Faħħru lil Ġeħova, intom l-anġli kollha tiegħu,Li taqduh u tagħmlu dak li jrid hu. 22  Ħa jfaħħar lil Ġeħova l-ħolqien kollu tiegħuFil-postijiet kollha fejn imexxi. Jien* se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha.

Noti taʼ taħt

Jew “Ruħi.”
Jew “Ruħi.”
Jew “mill-qabar.”
Jew “jurini mħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “żgħożija.”
Letteralment “juri mogħdrija.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “jibżgħu minnu.”
Letteralment “jibżgħu minn.”
Letteralment “U l-post fejn kien ma jibqax jafu.”
Letteralment “jibżgħu minnu.”
Letteralment “tisimgħu l-leħen (il-ħoss) tal-kelma tiegħu.”
Jew “Ruħi.”