Salm 105:1-45

  • Kif Ġeħova jaġixxi b’lealtà mal-poplu tiegħu

    • Alla jiftakar fil-patt tiegħu (8-10)

    • “Tmissux lill-magħżulin tiegħi” (15)

    • Alla juża lil Ġużeppi waqt li jkun ilsir (17-22)

    • Il-mirakli t’Alla fl-Eġittu (23-36)

    • L-Iżraelin ħarġu mill-Eġittu (37-39)

    • Alla jiftakar fil-wegħda li għamel m’Abraham (42)

105  Irringrazzjaw lil Ġeħova, użaw ismu meta titolbu,Għidu lill-popli b’dak li għamel!   Kantawlu, faħħruh bil-kant,*Aħsbu* dwar l-affarijiet tal-għaġeb li għamel.   Ftaħru b’ismu l-qaddis,Ħa tifraħ qalb dawk li qed ifittxu lil Ġeħova.   Fittxu lil Ġeħova u afdaw fis-saħħa tiegħu. Fittxu l-għajnuna tiegħu* l-ħin kollu.   Ftakru fl-affarijiet tal-għaġeb li għamel,Fil-mirakli u fil-ġudizzji tiegħu.   Iva, ftakru dan intom li tiġu minn Abraham il-qaddej tiegħu,Tfal taʼ Ġakobb, il-magħżulin tiegħu.   Hu Ġeħova l-Alla tagħna. Hu jiġġudika l-art kollha.   Hu jiftakar fil-patt tiegħu għal dejjem,Il-wegħda li għamel* għal elf ġenerazzjoni,   Il-patt li għamel m’Abraham,U l-ħalfa li għamel lil Iżakk. 10  Hu għamel din il-ħalfa lil Ġakobb bħala garanzija,U bħala patt għal żmien twil għal Iżrael, 11  Billi qal: “Se nagħtik l-art taʼ Kangħan bħala wirt.” 12  Dan sar meta kienu vera ftit,U kienu barranin fl-art. 13  Huma marru ’l hemm u ’l hawn minn poplu għal poplu,Minn saltna għal saltna. 14  Ma ħalla lil ħadd jaħqarhom,U minħabba fihom wissa lir-rejiet, 15  Billi qal: “Tmissux lill-magħżulin* tiegħi,U tagħmlux ħsara lill-profeti tiegħi.” 16  Hu bagħat il-ġuħ fuq l-artU ċaħħadhom mill-ħobż.* 17  Hu bagħat qabilhom raġel jismu Ġużeppi,Li ġie mibjugħ bħala lsir. 18  Huma rabtulu saqajh bil-ktajjenU għonqu bil-ħadid 19  Sakemm sar dak li ntqal dwaru. Kulma qal Ġeħova għamlu persuna aħjar. 20  Ir-re ta kmand biex jinħeles,Il-mexxej tal-popli ħelsu. 21  Hu għamlu sid fuq il-palazz tiegħu,Mexxej fuq il-propjetà kollha tiegħu, 22  Biex ikollu awtorità fuq* il-kapijiet tiegħuU jgħallem l-għerf lill-anzjani* tiegħu. 23  Imbagħad Iżrael mar l-Eġittu,U Ġakobb għex bħala barrani fl-art taʼ Ħam. 24  Alla kabbar lill-poplu tiegħu;Hu għamilhom iktar b’saħħithom mill-għedewwa tagħhom. 25  Hu ħalla lil dawn l-għedewwa jobogħdu lill-poplu tiegħuU jippjanaw kontra l-qaddejja tiegħu. 26  Hu bagħat lill-qaddej tiegħu Mosè,U għażel lil Aron biex imur miegħu. 27  Huma għamlu l-mirakli tiegħu fost in-niesU s-sinjali tiegħu fl-art taʼ Ħam. 28  Hu bagħat id-dlam u l-art iddallmet;Huma* ma rribellawx kontra dak li qal. 29  Hu bidel l-ilma tagħhom f’demmU qatlilhom il-ħut. 30  L-art tagħhom imtliet biż-żrinġijiet,Bil-kmamar tar-re b’kollox. 31  Hu kkmanda d-dubbien biex imur fuqhom,U n-nemus biex jinvadi t-territorji kollha tagħhom. 32  Hu biddel ix-xita f’silġU bagħat is-sajjetti fuq l-art tagħhom. 33  Hu qatlilhom id-dwieli u s-siġar tat-tinU kissrilhom is-siġar kollha. 34  Hu ta kmand biex il-ġurati jinvadu l-art,Ammont kbir taʼ ġurati żgħar. 35  Dawn belgħu l-ħaxix kolluU l-prodott kollu tal-art. 36  Imbagħad qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-art tal-Eġittu,L-ewwel uħud li twildulhom. 37  Hu ħareġ lill-poplu tiegħu minn hemm,U ġarrew il-fidda u d-deheb magħhom;Ħadd mit-tribujiet tiegħu m’għeja.* 38  L-Eġizzjani ferħu meta l-Iżraelin telqu,Għax kienu qegħdin jibżgħu ħafna minnhom. 39  Hu bagħat sħaba biex jipproteġi lill-Iżraelin U nar biex jagħtihom id-dawl billejl. 40  Meta talbuh il-laħam, bagħtilhom is-summien;Hu baqaʼ jxebbagħhom bil-ħobż mis-sema. 41  Hu qasam blata u ħareġ ħafna ilma;Dan kien bħal xmara fid-deżert. 42  Għax hu ftakar fil-wegħda qaddisa li kien għamel mal-qaddej tiegħu Abraham. 43  Għalhekk, ħareġ lill-poplu tiegħu u dawn ferħu,Il-magħżulin tiegħu bdew jgħajtu bil-ferħ. 44  Hu tahom l-artijiet tal-popli;Huma wirtu dak li ħaddieħor ħadem iebes għalih. 45  Hu għamel dan biex huma jżommu mar-regoli tiegħuU jobdu l-liġijiet tiegħu. Faħħru lil Jah!*

Noti taʼ taħt

Jew “doqqulu l-mużika.”
Jew forsi “Tkellmu.”
Letteralment “wiċċu.” Jew “il-preżenza tiegħu.”
Letteralment “Il-kelma li kkmanda.”
Letteralment “lill-midlukin.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “kisser kull bastun tal-ħobż.” Jistaʼ jirreferi għal bsaten li kienu jintużaw biex idendlu l-ħobż magħhom.
Letteralment “Biex jorbot.”
Jistaʼ jirreferi għal Mosè u Aron.
Jew “ma tfixkel.”
Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.