Salm 108:1-13

  • Jitlob biex jirbaħ kontra l-għedewwa

    • Għalxejn nittamaw li niġu salvati mill-bniedem (12)

    • “Permezz t’Alla, aħna se jkollna s-saħħa” (13)

Għanja taʼ David. 108  Qalbi hi leali lejk, Alla tiegħi. Jien se nkanta u ndoqq b’qalbi kollha.   Jien se nqum qabel ma titlaʼ x-xemx. Irrid indoqq l-arpa u strumenti tal-korda oħra.   Ġeħova, jien se nfaħħrek fost il-popli;Se nfaħħrek bil-kant* fost il-ġnus.   L-imħabba* tiegħek tant hi kbira li tasal sas-sema,U l-lealtà tiegħek sas-sħab.   Uri l-kobor tiegħek fis-sema, Alla tiegħi;Jalla d-dinja kollha tara l-glorja tiegħek.   Eħlisna bil-qawwa tiegħek* u wieġeb it-talba tagħna,Sabiex dawk li int tħobb jiġu salvati.   L-Alla l-qaddis qal:* “Jien se nifraħ meta nagħti lil Sikem bħala wirt,U naqsam u nagħti l-Wied* taʼ Sukkot lil min irrid jien.   Gilegħad u Manasse huma tiegħi,Efrajm hu l-elmu* għal rasi,U Ġuda hu l-bastun li juri l-awtorità tiegħi.   Mowab hu l-friskatur fejn naħsel saqajja. Jien se nitfaʼ s-sandli tiegħi fuq Edom. Jien se ngħajjat bil-ferħ għax se nirbaħ lill-Filistja.” 10  Min se jiħodni lejn il-belt iffortifikata? Min se jmexxini s’Edom? 11  Alla tiegħi, int se tagħtina dik ir-rebħa! Imma int warrabtnaU mhux qed tmexxi l-armati tagħna. 12  Għinna fi żmien taʼ inkwiet,Għax għalxejn nittamaw li niġu salvati mill-bniedem. 13  Permezz t’Alla, aħna se jkollna s-saħħa,U hu se jgħaffeġ lill-għedewwa tagħna.

Noti taʼ taħt

Jew “indoqqlok il-mużika.”
Jew “L-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “b’idek il-leminija.”
Jew forsi “Alla qal fil-post qaddis tiegħu.”
Jew “il-Pjanura l-Baxxa.”
Letteralment “il-fortizza.”