Salm 110:1-7
Għanja taʼ David.
110 Ġeħova qal lill-Mulej tiegħi:
“Oqgħod bilqiegħda fuq il-lemin tiegħiSakemm inpoġġi l-għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk.”
2 Ġeħova se jagħtik awtorità fuq Sijon u postijiet oħra.
Hu se jgħid: “Mexxi fost l-għedewwa tiegħek.”
3 Dakinhar li int tmexxi l-armata għall-battalja,In-nies tiegħek se joffru lilhom infushom minn jeddhom.
Grupp taʼ żgħażagħ jappoġġawk.
Huma bħall-qtar tan-nida taʼ filgħodu.
Fihom, wieħed jistaʼ jara kemm hi sabiħa l-qdusija.
4 Ġeħova mhux se jibdel fehmtu* dwar din il-ħalfa:
Int qassis bħalma kien MelkisedekU se tkun qassis għal dejjem!”
5 Ġeħova se jkun fuq il-lemin tiegħek;Alla se jkisser ir-rejiet dakinhar li juri r-rabja tiegħu.
6 Hu se jagħmel ġudizzju kontra* l-popli;Se jimla l-art bil-mejtin.
Hu se jkisser lil dak li jmexxi* fuq l-art kollha.*
7 Fi triqtu hu* se jixrob mix-xmara.
Għalhekk, se jkun rebbieħ.
Noti taʼ taħt
^ Jew “mhux se jiddispjaċih.”
^ Jew “fost.”
^ Letteralment “lill-kap.”
^ Jew “fuq art kbira.”
^ Jirreferi għal “Mulej tiegħi” fl-1 vers.