Salm 113:1-9
113 Faħħru lil Jah!*
Intom il-qaddejja taʼ Ġeħova, faħħruh.
Faħħru isem Ġeħova.
2 Jalla isem Ġeħova jiġi mfaħħarIssa u għal dejjem.
3 Ħa jiġi mfaħħar isem ĠeħovaMinn xħin titlaʼ x-xemx sa ma tinżel.
4 Ġeħova qiegħed ’il fuq ħafna mill-popli kollha;Hu iktar glorjuż mis-sema.
5 Min hu bħal Ġeħova l-Alla tagħna,Il-wieħed li jgħix* fl-għoli?
6 Hu jitbaxxa biex iħares lejn is-sema u l-art,
7 Ħalli jqajjem lill-batut mit-trab.
Hu jerfaʼ lill-fqir mill-irmied*
8 Biex iqiegħdu bilqiegħda mal-mexxejja,Mal-mexxejja tal-poplu tiegħu.
9 Il-mara li ma jistax ikollha tfalIssir omm ferħana għax jagħtiha dar bit-tfal.*
Faħħru lil Jah!*
Noti taʼ taħt
^ Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
^ Jew “li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron.”
^ Jew forsi “mill-miżbla.”
^ Letteralment “bis-subien.”
^ Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.