Salm 117:1, 2
-
Jgħid lill-popli biex ifaħħru lil Ġeħova
-
Alla juri ħafna mħabba u lealtà (2)
-
117 Faħħru lil Ġeħova, ġnus kollha;Igglorifikawh popli kollha.
2 Għax hu jħobbna ħafna;*Ġeħova hu leali għal dejjem.
Faħħru lil Jah!*
Noti taʼ taħt
^ Jew “għandu ħafna mħabba leali għalina.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.