Salm 121:1-8

  • Ġeħova jipproteġi n-nies tiegħu

    • “Ġeħova hu l-wieħed li jgħinni” (2)

    • Ġeħova qatt ma jorqod (3, 4)

Għanja tat-Tlajjaʼ. 121  Jien inħares lejn il-muntanjiU nistaqsi: Min se jgħinni?   Ġeħova hu l-wieħed li jgħinni,Dak li Għamel is-sema u l-art.   Hu qatt mhu se jħallik taqaʼ.* Dak li jipproteġik mhux se jaqbdu n-ngħas.   Dak li jipproteġi lil IżraelMhux se jaqbdu n-ngħas u jorqod.   Ġeħova qed jipproteġik. Ġeħova hu fuq il-lemin tiegħek biex jiddefendik.   Xejn mhu se jagħmillek il-ħsara,La matul il-ġurnata u lanqas billejl.*   Ġeħova se jipproteġik minn kull ħsara. Hu se jipproteġi l-ħajja* tiegħek.   Ġeħova se jipproteġik f’kulma tagħmel,*Issa u għal dejjem.

Noti taʼ taħt

Jew “titriegħed.”
Letteralment “Binhar ix-xemx ma tolqtokx, lanqas il-qamar billejl.”
Jew “ir-ruħ.”
Letteralment “meta toħroġ u tidħol.”