Salm 150:1-6
150 Faħħru lil Jah!*
Faħħru lil Alla fil-post qaddis tiegħu.
Faħħruh taħt is-sema li turi s-saħħa tiegħu.
2 Faħħruh għall-affarijiet li għamel bil-qawwa tiegħu.
Faħħruh għall-kobor immens tiegħu.
3 Faħħruh bil-ħoss tal-qarn.
Faħħruh bl-istrument tal-korda u l-arpa.
4 Faħħruh bit-tanburlin u biż-żfin.*
Faħħruh bl-istrument tal-korda u bil-flawt.
5 Faħħruh biċ-ċimbali jdamdmu.
Faħħruh bil-ħoss qawwi taċ-ċimbali.
6 Kull ħaġa li tieħu n-nifs, ħa tfaħħar lil Jah.
Faħħru lil Jah!*
Noti taʼ taħt
^ Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.
^ Jew “billi tiżfnu dawra tond.”
^ Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.