Salm 2:1-12
2 Il-popli għala huma mifxulinU n-nies għala qed igergru fil-vojt?*
2 Ir-rejiet tal-art se jieħdu l-waqfa tagħhomU l-mexxejja se jinġabru flimkien*Kontra Ġeħova u l-magħżul* tiegħu.
3 Huma jgħidu: “Ejja nkissru l-ktajjen li rabtuna bihomU narmu l-ħbula tagħhom!”
4 Il-Wieħed li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fis-sema se jidħaq bihom;Ġeħova se jiħodhom biċ-ċajt.
5 Dak iż-żmien hu se jkellimhom b’rabjaU jwerwirhom bir-rabja kbira tiegħu
6 Billi jgħidilhom: “Jien stess inkarigajt ir-re tiegħiFuq Sijon, il-muntanja qaddisa tiegħi.”
7 Ħa nxandar dak li qal Ġeħova.
Hu qalli: “Int ibni;Illum jien sirt missierek.
8 Itlobni, u jien nagħtik il-popli bħala wirt,U nagħtik id-dinja kollha.
9 Meta tmexxi, int se teqridhom*U tfarrakhom bħal vażun tal-fuħħar.”
10 Għalhekk kunu għaqlin,* rejiet;Imħallfin tal-art, aċċettaw li tiġu kkoreġuti.
11 Aqdu lil Ġeħova b’rispett kbir*U ifirħu hekk kif tirrispettawh.
12 Onoraw* lill-iben, inkella Alla* jirrabja ħafnaU intom tisparixxu,*Għax hu jirrabja malajr.
Dawk li jduru lejh għall-protezzjoni se jkunu ferħanin.
Noti taʼ taħt
^ Jew “jimmeditaw fuq affarijiet bla sens.”
^ Jew “se jiftiehmu bejniethom.”
^ Jew “il-Kristu.” Letteralment “il-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “Int tkissirhom b’xettru tal-ħadid.”
^ Jew “uru l-għerf.”
^ Letteralment “bil-biżaʼ.”
^ Letteralment “Busu.”
^ Letteralment “hu.”
^ Jew “tisparixxu mit-triq.”