Salm 23:1-6

  • “Ġeħova hu r-Ragħaj tiegħi”

    • “Mhu se jonqosni xejn” (1)

    • “Hu jsaħħaħni” (3)

    • “Int timla sew it-tazza tiegħi” (5)

Għanja taʼ David. 23  Ġeħova hu r-Ragħaj tiegħi. Mhu se jonqosni xejn.   Hu jiħodni f’art mimlija ħaxix biex nistrieħ. Hu jiggwidani f’postijiet taʼ mistrieħ li fihom ħafna ilma.*   Hu jsaħħaħni.* Hu jiggwidani fit-triq it-tajba minħabba ismu.   Għalkemm nimxi fil-wied li hu mudlam ħafna,Ma nibżax li nweġġaʼ,Għax int miegħi;Il-bastun u l-ħatar tiegħek jgħinuni nħossni protett.*   Int tlestili ikla kbira quddiem l-għedewwa tiegħi. Tidlikli rasi biż-żejt, u jien nieħu r-ruħ;Int timla sew it-tazza tiegħi.*   Kemm indum ħaj, jien se nesperjenza l-qalb tajba u l-imħabba* tiegħek,U se ngħix fid-dar taʼ Ġeħova għal ħajti kollha.

Noti taʼ taħt

Jew forsi “lejn ilma kalm.”
Jew “isaħħaħ lil ruħi.”
Jew “ifarrġuni.”
Jew “tberikni ħafna.”
Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.