Salm 26:1-12
Għanja taʼ David.
26 Iġġudikani, Ġeħova, għax jien għext b’lealtà,*Jien bqajt dejjem nafda fik, Ġeħova.
2 Innotani sew, Ġeħova, u ara kif jien verament;Irfinali ħsibijieti* u qalbi.
3 Għax jien dejjem nimmedita fuq l-imħabba u l-lealtà* tiegħek,U nimxi fit-triq it-tajba.
4 Jien ma nagħmilhiex* maʼ nies qarrieqa;U nevita lil dawk li jaħbu min huma.*
5 Jien nobgħod noqgħod maʼ nies ħżiena,U ma nagħmilhiex* maʼ dawk li huma mill-agħar.
6 Ġeħova, se naħsel idejja biex nuri li jien innoċenti,U se nimxi madwar l-artal tiegħek
7 Biex nirringrazzjak b’leħen għoli,U biex inxandar l-affarijiet tal-għaġeb li int għamilt.
8 Ġeħova, id-dar fejn tgħix int, fejn hemm il-glorja tiegħek,Hi prezzjuża għalija.
9 Teqridnix* mal-midinbin,U toqtolnix flimkien maʼ nies vjolenti,*
10 Li jagħmlu affarijiet taʼ mistħija,U li jħobbu jaċċettaw it-tixħim.*
11 Imma min-naħa tiegħi, jien se ngħix b’lealtà.*
Eħlisni* u ħenn għalija.
12 Jien qiegħed wieqaf f’post sod;Ġeħova, jien se nfaħħrek fil-kongregazzjoni l-kbira.*
Noti taʼ taħt
^ Jew “bl-integrità.”
^ Jew “is-sentimenti.” Letteralment “il-kliewi.”
^ Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteramlent “ma npoġġix.”
^ Jew “ma nagħmilhiex mal-ipokriti.”
^ Letteralment “ma npoġġix.”
^ Jew “Teqridx lil ruħi.”
^ Jew “li jxerrdu d-demm.”
^ Jew “ixaħħmu lil oħrajn.”
^ Jew “bl-integrità.”
^ Letteralment “Ifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “fl-assembleat.”