Salm 29:1-11
Għanja taʼ David.
29 Agħtu lil Ġeħova dak li jixraqlu, intom* li għandkom il-qawwa.
Agħtu lil Ġeħova dak li jixraqlu għall-glorja u s-saħħa tiegħu.
2 Agħtu lil Ġeħova l-glorja li tixraq lil ismu.
Milu quddiem* Ġeħova bi ħwejjeġ qaddisa.*
3 Leħen Ġeħova jinstemaʼ minn fuq l-ilmijiet;Il-leħen glorjuż t’Alla jinstemaʼ bħar-ragħad.
Ġeħova hu fuq ħafna ilmijiet.
4 Leħen Ġeħova hu qawwi;Leħen Ġeħova hu impressjonanti.
5 Leħen Ġeħova qed ikisser is-siġar taċ-ċedri;Iva, Ġeħova jkisser is-siġar taċ-ċedri tal-Libanu.
6 Alla jġiegħel il-muntanji tal-Libanu jaqbżu bħal għoġol,U l-Muntanja Sirjon bħal barri żgħir salvaġġ.
7 Leħen Ġeħova joħroġ bi fjammi tan-nar;
8 Leħen Ġeħova jriegħed id-deżert;Ġeħova jriegħed id-deżert taʼ Kades.
9 Leħen Ġeħova jġiegħel liċ-ċriev jirtogħdu u jwelldu,U jwaqqaʼ l-weraq tas-siġar tal-foresti.*
Dawk kollha fit-tempju tiegħu jgħidu: “Faħħru lil Alla!”
10 It-tron taʼ Ġeħova hu fuq ħafna ilmijiet;*Ġeħova hu Re u jmexxi għal dejjem.
11 Ġeħova se jsaħħaħ lill-poplu tiegħu.
Ġeħova se jbierek lill-poplu tiegħu billi jagħtihom il-paċi.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “tfal subien taʼ dawk.”
^ Jew “Qimu lil.”
^ Jew forsi “minħabba s-sbuħija tal-qdusija tiegħu.”
^ Letteralment “ineżżaʼ l-foresti.”
^ Jew “l-oċean tas-sema.”