Salm 34:1-22
Għanja taʼ David, meta hu għamilha taʼ miġnun quddiem Abimelek, u dan keċċieh.
א [Alef]
34 Jien se nfaħħar lil Ġeħova l-ħin kollu;Mhux se nieqaf infaħħru.
ב [Bet]
2 Jien* se niftaħar b’Ġeħova;L-umli se jisimgħu b’dan u jifirħu.
ג [Gimel]
3 Agħtu glorja lil Ġeħova flimkien miegħi,Ejja nfaħħru lil ismu flimkien.
ד [Dalet]
4 Jien tlabt lil Ġeħova u hu wiġibni.
Hu ħelisni minn dak kollu li kien qed ibeżżagħni.
ה [Ħe]
5 Ferħanin ikunu dawk li jafdaw fih,Huma mhux se jkunu ddiżappuntati.
ז [Żajin]
6 L-umli għajjatlu, u Ġeħova semgħu.
Hu salvah mit-tbatija kollha tiegħu.
ח [Ħet]
7 L-anġlu taʼ Ġeħova jipproteġi lil dawk kollha li jirrispettaw ħafna lil* Alla,U hu jeħlishom.
ט [Tet]
8 Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb;Ferħan ikun min idur lejh għall-protezzjoni.
י [Jod]
9 Intom il-qaddisin tiegħu, irrispettaw ħafna lil* Ġeħova,Għax dawk li jirrispettawh ma jkun jonqoshom xejn.
כ [Kaf]
10 Anki ljuni b’saħħithom ibatu l-ġuħ,Imma dawk li jfittxu lil Ġeħova mhu se jonqoshom xejn.
ל [Lamed]
11 Tfal tiegħi, ejjew u isimgħuni;Jien se ngħallimkom x’jiġifieri li tirrispettaw ħafna lil* Ġeħova.
מ [Mem]
12 Jekk tixtiequ tgawdu l-ħajja,U tgħixu ħajja twila ferħana,
נ [Nun]
13 Oqogħdu attenti li ma tgħidux* dak li hu ħażin,U lanqas titkellmu* bil-qerq.
ס [Samek]
14 Tbiegħdu minn dak li hu ħażin u agħmlu t-tajjeb;Fittxu l-paċi u aħdmu għaliha.
ע [Għajn]
15 Ġeħova jżomm għajnejh fuq it-tajbin,U hu jismagħhom meta jgħajtulu għall-għajnuna.
פ [Pe]
16 Imma Ġeħova jdawwar wiċċu minn dawk li qed jagħmlu l-ħażen,Biex iħassar kull tifkira tagħhom minn fuq l-art.
צ [Sade]
17 It-tajbin għajtu lil Ġeħova għall-għajnuna, u hu semagħhom;Hu ħelishom mit-tbatija kollha tagħhom.
ק [Kof]
18 Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma;Hu jsalva lil dawk li huma mdejqin.*
ר [Rex]
19 It-tajjeb ikollu ħafna diffikultajiet,*Imma Ġeħova jeħilsu minnhom kollha.
ש [Xin]
20 Hu jipproteġilu l-għadam kollu;Lanqas waħda minnhom ma tinkiser.
ת [Taw]
21 Il-ħżiena se jiġi diżastru fuqhom u jmutu;Dawk li jobogħdu lil min hu tajjeb se jiġu kkundannati.
22 Ġeħova qed isalva l-ħajja* tal-qaddejja tiegħu;Kull min idur lejh għall-protezzjoni mhux se jiġi kkundannat.
Noti taʼ taħt
^ Jew “Ruħi.”
^ Letteralment “jibżgħu minn.”
^ Letteralment “ibżgħu minn.”
^ Letteralment “tibżgħu minn.”
^ Letteralment “Żommu lsienkom minn.”
^ Letteralment “U xofftejkom milli jitkellmu.”
^ Jew “skuraġġiti.”
^ Jew “gwaj.”
^ Letteralment “jifdi r-ruħ.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.