Salm 40:1-17
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
40 Jien ittamajt għalkollox f’Ġeħova,*U hu ta kasi* u semaʼ l-għajta tiegħi għall-għajnuna.
2 Hu ħariġni minn ħofra b’ilmijiet iħabbtu,Mit-tajn u l-ħama.
Hu qegħedni fuq blata;Hu għenni nimxi fuq art soda.
3 Imbagħad għallimni għanja ġdida,Għanja li tfaħħar lill-Alla tagħna.
Ħafna se jibqgħu impressjonati meta jaraw dak li għamel Alla għalijaU se jafdaw f’Ġeħova.
4 Ferħan ikun min jafda f’ĠeħovaU ma jingħaqadx mar-ribellużi jew maʼ dawk li jemmnu l-gideb.*
5 Ġeħova Alla tiegħi, int tibqaʼ taħseb dwarnaU għamilt ħafna affarijiet tal-għaġeb għalina.
Ħadd ma jistaʼ jitqabbel miegħek.
Li kieku kelli nipprova nxandarhom u nitkellem dwarhomMhux se jirnexxili għax huma ħafna.
6 Int ma xtaqtx sagrifiċċji u offerti,*Imma għentni nismaʼ u nifhem il-kmandamenti tiegħek.
Int ma tlabtx offerti tal-ħruq u offerti għad-dnub.
7 Imbagħad jien għedt: “Hawn jien, ġejt.
Fl-iskroll* hemm miktub dwari.
8 Vera nieħu pjaċir* nagħmel dak li trid int, Alla tiegħi,U l-liġi tiegħek qiegħda f’qalbi.
9 Jien inxandar l-aħbar tajba tas-sewwa fil-kongregazzjoni l-kbira.
Ġeħova, bħalma taf sew,Jien ma żammejtx lura milli nitkellem.
10 Dak li naf dwar is-sewwa tiegħek ma żammejtux għalija.
Jien inxandar li int Alla taʼ min jafdah u li ssalva.
Jien ma ħbejtx l-imħabba, il-lealtà,* u l-verità tiegħek mill-kongregazzjoni l-kbira.”
11 Iżżommx lura milli turini ħniena, Ġeħova.
Jalla jibqgħu jipproteġuni l-imħabba, il-lealtà, u l-verità tiegħek.
12 Id-diffikultajiet li għandi huma wisq biex ngħoddhom.
Tant għandi żbalji li ma nistax nara fejn sejjer;Huma iktar mix-xagħar taʼ rasi,U qtajt qalbi.
13 Jekk jogħġbok salvani, Ġeħova.
Fittex għinni, Ġeħova.
14 Jalla jiġu ddiżonorati u mġiegħla jistħuDawk li qed jipprovaw joqtluni.*
Jalla jaħarbu umiljatiDawk li jieħdu gost bid-diffikultajiet tiegħi.
15 Ħa jibqgħu mbellhin bil-mistħija tagħhom
Dawk li qed iwaqqgħuni għaċ-ċajt u jgħiduli: “Ħaqqek!”
16 Ħa jifirħu u jaqbżu bil-ferħDawk li qed ifittxu lilek.
Jalla dawk li jħobbu s-salvazzjoni li tiġi mingħandek
Dejjem jgħidu: “Ħa jkun imfaħħar bil-kbir Ġeħova.”
17 Jien batut u fqir;Jalla tagħti kasi, Ġeħova.
Int l-għajnuna tiegħi u dak li jsalvani;Iddumx biex tgħinni, Alla tiegħi.
Noti taʼ taħt
^ Jew “stennejt bil-paċenzja lil Ġeħova.”
^ Letteralment “Mejjel widintu lejja.”
^ Jew “li jigdbu.”
^ Jew “ma ħadtx pjaċir bis-sagrifiċċji u l-offerti.”
^ Letteralment “L-iskroll tal-ktieb.”
^ Jew “Ix-xewqa (l-għaxqa) tiegħi hi li.”
^ Jew “ma ħbejtx l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “joqtlu lil ruħi.”