Salm 47:1-9
Lid-direttur. Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
47 Ċapċpu popli kollha.
Faħħru lil Alla u għajtu bil-ferħ.
2 Għax Ġeħova l-Iktar Għoli hu taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah;Hu Re kbir fuq l-art kollha.
3 Hu jrażżan lill-popli taħt l-awtorità tagħna;Hu jgħinna nirbħu l-ġnus.
4 Hu se jagħżel il-wirt tagħna,Li Ġakobb, li hu jħobb, hu kburi bih. (Sela)
5 Alla telaʼ waqt li n-nies kienu qed jgħajtu bil-ferħ;Ġeħova telaʼ waqt li n-nies kienu qed idoqqu l-qarn.*
6 Faħħru bil-kant lil* Alla, faħħruh bil-kant.
Faħħru bil-kant lir-Re tagħna, faħħruh bil-kant.
7 Għax Alla hu r-Re fuq l-art kollha;Faħħruh bil-kant u kunu għaqlin.
8 Alla sar Re fuq il-popli.
Alla joqgħod bilqiegħda fuq it-tron qaddis tiegħu.
9 Il-mexxejja tal-popli nġabru flimkienMal-poplu tal-Alla t’Abraham.
Għax il-mexxejja* tal-art huma t’Alla.
Issa hu mexxej fuq kulħadd.
Noti taʼ taħt
^ Jew “il-qarn taʼ muntun; it-trumbetta.”
^ Jew “Doqqu l-mużika għal.”
^ Letteralment “it-tarki.”