Salm 50:1-23
Għanja t’Asaf.
50 Ġeħova, l-Alla tal-allat,* tkellem;Hu jiġbor lin-nies kollha tal-artMil-Lvant sal-Punent.*
2 Alla jibgħat id-dawl minn Sijon,Li hi belt sabiħa b’mod perfett.
3 L-Alla tagħna se jiġi u żgur se jaġixxi.
Quddiemu hemm nar li jeqred,U madwaru hemm maltempata kbira.
4 Hu jgħajjat lis-sema u l-art bħala xhiedaBiex jiġġudika lin-nies tiegħu. Hu jgħid:
5 “Ġibu quddiemi lil dawk leali,Dawk li qed jagħmlu patt miegħi permezz taʼ sagrifiċċju.”
6 Is-sema xxandar li Alla hu ġust,Għax Alla hu Mħallef. (Sela)
7 Alla jgħid: “Poplu tiegħi, ismagħni għax se nitkellem;Nies t’Iżrael, jien se nagħti xhieda kontrikom.
Jien Alla, l-Alla tagħkom.
8 Mhux qed nikkoreġikom minħabba s-sagrifiċċji tagħkom,U lanqas minħabba l-offerti sħaħ tal-ħruq li toffru kontinwament quddiemi.
9 La għandi bżonn nieħu barriU lanqas bodbod mill-maqjel tagħkom.
10 Għax kull annimal salvaġġ tal-foresta hu tiegħi,Anki l-bhejjem tal-muntanji kollha.
11 Jien naf b’kull għasfur li hemm fil-muntanji;L-ammont kbir t’annimali li hemm fil-kampanja huma tiegħi.
12 Li kieku kelli l-ġuħ, ma kontx ngħidilkom,Għax l-art u kulma fiha huma tiegħi.
13 Se niekol jien il-laħam tal-barrinU se nixrob id-demm tal-bdabad?
14 Uru l-apprezzament tagħkom lejja.
Ħa jkun dan is-sagrifiċċju li toffru.
Agħmlu bħalma wegħedtu lili, l-Iktar Għoli;
15 Għajtuli għall-għajnuna fi żmien taʼ inkwiet.
Jien se nsalvakom, u intom tfaħħruni.”
16 Imma Alla se jgħid lill-ħżiena:
“Xi dritt għandkom biex issemmu r-regoli tiegħiU titkellmu dwar il-patt tiegħi?
17 Għax intom tobogħduha d-dixxiplina,*U tkomplu tinjoraw kliemi.*
18 Intom tapprovaw dak li jagħmel ħalliel,*U tkomplu tagħmluha maʼ dawk li jagħmlu adulterju.
19 Intom tkomplu titkellmu dwar dak li hu ħażin u tigdbu.
20 Intom tpoġġu m’oħrajn u titkellmu kontra ħukom stess;Tikxfu l-iżbalji tat-tifel* t’ommkom stess.
21 Meta intom għamiltu dawn l-affarijiet, jien m’għamilt xejn.
Allura ħsibtu li jien bħalkom.
Imma issa se nikkoreġikomU se nġib l-akkużi kontrikom.
22 Intom li tinsew lil Alla, aħsbu dwar dan jekk jogħġobkom,Inkella neqridkom u ma jkun hemm ħadd min isalvakom.
23 Min joffrili apprezzament bħala s-sagrifiċċju, ikun qed ifaħħarni;U dak li jkompli jagħmel it-tajjeb, se nsalvah.”
Noti taʼ taħt
^ Jew “Id-Divin, Alla, Ġeħova.”
^ Jew “Minn tlugħ ix-xemx sa nżulha.”
^ Jew “l-istruzzjoni.”
^ Letteralment “titfgħu kliemi warajkom.”
^ Jew forsi “Meta taraw ħalliel, tingħaqdu miegħu.”
^ Jew “timmalafamaw lit-tifel.”