Salm 51:1-19

  • Talba taʼ wieħed li nidem

    • F’żaqq ommi kont diġà midneb (5)

    • “Naddafni mid-dnub tiegħi” (7)

    • “Għinni biex ikolli xewqat tajbin” (10)

    • Alla jieħu gost b’qalb umli (17)

Lid-direttur. Għanja taʼ David, meta l-profeta Natan iffaċċjah wara li David kellu x’jaqsam maʼ Bat-seba. 51  Ħenn għalija, Alla tiegħi, għax int turi mħabba u lealtà.* Ħassar id-dnubiet tiegħi għax int turi ħniena kbira.   Aħsilni sew mill-iżball tiegħi,U naddafni mid-dnub li għamilt.   Għax jien naf sew li dnibt,U d-dnub tiegħi qiegħed fuq moħħi* l-ħin kollu.   L-ewwel nett, jien kontrik* dnibt;Jien għamilt dak li hu ħażin f’għajnejk;Għalhekk, għandek raġun tikkundannani,U l-ġudizzju tiegħek hu ġust.   Jien twilidt ħati tad-dnub,U f’żaqq ommi kont diġà midneb.*   Int tieħu pjaċir b’xi ħadd onest;Urini kif nistaʼ nkun għaqli.   Naddafni mid-dnub tiegħi biż-żuf,* ħalli nkun nadif;Aħsilni, ħalli nkun iktar abjad mis-silġ.   Jalla tgħinni nerġaʼ nkun ferħan,Minkejja li farraktli l-għadam.   Tibqax tħares lejn id-dnubiet* tiegħi,U ħassarli l-iżbalji kollha li għamilt. 10  Alla tiegħi, għinni biex ikolli xewqat tajbin,*U ibdel il-mod taʼ kif naħseb, ħalli nkun leali lejk. 11  Tkeċċinix minn quddiemek;U tneħħix minn fuqi l-ispirtu qaddis tiegħek. 12  Erġaʼ agħtini l-ferħ li ħassejt meta salvajtni;Għinni nkun lest li nobdik. 13  Jien se ngħallem il-prinċipji tiegħek lil dawk li jidinbu,Ħalli b’hekk jerġgħu lura għandek. 14  Alla tiegħi, int il-wieħed li ssalvani. Aħfirli għax jien ħati taʼ qtil,Ħalli b’hekk inxandar bil-ferħ il-ġustizzja tiegħek. 15  Ġeħova, agħtini s-saħħa biex nitkellem,Ħalli nkun nistaʼ nfaħħrek. 16  Kieku int ridt sagrifiċċji, kont noffrihom;Int ma tiħux pjaċir b’offerta sħiħa tal-ħruq. 17  Is-sagrifiċċji li int tieħu gost bihom huma l-attitudni taʼ ndiema;Alla tiegħi, int ma tirrifjutax* qalb maqsuma u umli. 18  Agħmel dak li hu tajjeb għal Sijon;Ibni s-swar taʼ Ġerusalemm. 19  Imbagħad int se tieħu pjaċir bis-sagrifiċċji tan-nies sewwa,Bis-sagrifiċċji tal-ħruq u l-offerti sħaħ;Imbagħad il-barrin se jiġu offruti fuq l-artal tiegħek.

Noti taʼ taħt

Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “quddiemi.”
Letteralment “Kontrik u kontrik biss.”
Jew “U ili nagħmel id-dnub mindu wellditni ommi.”
Jew “Aħbi wiċċek mid-dnubiet.”
Letteralment “oħloq fija qalb pura.”
Jew “ma tobgħodx.”