Salm 59:1-17

  • Alla hu tarka u post taʼ protezzjoni

    • ‘Turihomx ħniena lit-tradituri’ (5)

    • “Jien se nkanta dwar is-saħħa tiegħek” (16)

Lid-direttur; fuq l-għanja taʼ “Teqridnix.” Miktam* taʼ David, meta Sawl bagħat xi rġiel għassa mad-dar taʼ David biex joqtluh. 59  Alla tiegħi, salvani mill-għedewwa;Ipproteġini minn dawk li qed jiħduha kontrija.   Eħlisni minn dawk li jagħmlu l-ħażin,U salvani min-nies vjolenti.   Ġeħova, irġiel b’saħħithom jistaħbew u jattakkawni,Imma mhux għax irribellajt jew dnibt.   Għalkemm m’għamilt xejn ħażin,Huma jippreparaw malajr biex jattakkawni. Ejja għinni meta ngħajjatlek u ara x’qed jagħmlu.   Għax int l-Alla t’Iżrael, Alla Ġeħova tal-armati. Agħmel xi ħaġa, u ara x’qed jagħmlu l-popli. Turihomx ħniena lil dawn it-tradituri kattivi. (Sela)   Huma jiġu lura kull filgħaxija,Jinbħu bħall-klieb u jduru mal-belt.   Minn ħalqhom joħroġ kliem li jweġġaʼ;Xofftejhom huma bħal xwabel,Għax huma jgħidu: “Min se jkun jaf li aħna għedna hekk?”   Imma int, Ġeħova, se tidħaq bihom;Int se tiddieħaq bil-popli kollha.   Alla tiegħi, int is-Saħħa tiegħi,Jien se nkompli nistenna lilek biex taġixxi,Għax int il-post taʼ protezzjoni* tiegħi. 10  Alla tiegħi, int se tħallini nara l-għedewwa tiegħi jitilfu;Int li turini mħabba u lealtà* se tiġi tgħinni. 11  Toqtolhomx għalissa, ħalli n-nies tiegħi ma jinsewx l-affarijiet li int għamilt. Ġeħova, it-tarka tagħna, uża l-qawwa tiegħek biex iġġegħelhom jiġru ’l hemm u ’l hawn bħala maħrubin,Imbagħad neħħilhom il-qawwa li għandhom. 12  Jalla jitfixklu minħabba l-kburija tagħhom,Għax huma jidinbu b’dak li jgħidu;Għax huma jisħtu lin-nies u jqarrqu. 13  Eqridhom waqt li tkun irrabjat;Eqridhom ħalli ma jeżistux iktar. Urihom li int qed tmexxi fuq dawk li jiġu minn Ġakobb u l-art kollha. (Sela) 14  Ħallihom jiġu lura kull filgħaxija,Jinbħu bħall-klieb u jduru mal-belt. 15  Ħallihom iduru ’l hemm u ’l hawn ifittxu l-ikel;Tħallihomx jixbgħu jew isibu post fejn jorqdu. 16  Imma min-naħa tiegħi, jien se nkanta dwar is-saħħa tiegħek;Filgħodu se nitkellem dwar l-imħabba u l-lealtà tiegħek bil-ferħ. Għax int il-post taʼ protezzjoni tiegħiU post fejn nistaʼ naħrab fi żmien l-inkwiet. 17  Alla tiegħi, int is-Saħħa tiegħi, jien se nfaħħrek bil-kant,*Għax int il-post taʼ protezzjoni tiegħi u l-Alla li jurini mħabba u lealtà.

Noti taʼ taħt

Jew “il-post fl-għoli taʼ sigurtà.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “indoqqlok il-mużika.”