Salm 67:1-7
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja.
67 Alla tagħna, int se tħenn għalina u tberikna;Se turi li ferħan bina (Sela)
2 Biex l-art kollha tkun taf kif taġixxi int,U l-popli kollha jkunu jafu li int il-wieħed li ssalva.
3 Ħa jfaħħruk il-popli, Alla tagħna;Ħa jfaħħruk il-popli kollha.
4 Ħa jifirħu u jgħajtu bil-ferħ il-popli,Għax int se tiġġudikahom b’mod ġust.
Int se tiggwida l-ġnus tal-art. (Sela)
5 Ħa jfaħħruk il-popli, Alla tagħna;Ħa jfaħħruk il-popli kollha.
6 L-art se tagħti l-prodott tagħha;L-Alla tagħna se jberikna.
7 Alla se jberikna,U n-nies kollha tal-art se jonorawh.*
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “jibżgħu minnu.”