Salm 72:1-20
Għanja dwar Salamun.
72 Alla tiegħi, għin lir-re jiġġudika skont il-ġudizzju tiegħek,U għallem lit-tifel tar-re dwar il-ġustizzja tiegħek.
2 Jalla jiddefendi lin-nies tiegħek bil-ġustizzjaU lill-batuti bis-sewwa.
3 Jalla l-muntanji jġibu l-paċi lin-nies,U l-għoljiet iġibu l-ġustizzja.
4 Ħa jaqbeż* għall-batuti,Ħa jsalva t-tfal tal-foqra,U ħa jeqred lil dawk li jisirquhom.
5 Alla tiegħi, in-nies se jibqgħu juruk rispett kbir*Sakemm ix-xemx u l-qamar jibqgħu jeżistu,Minn ġenerazzjoni għal oħra.
6 Ir-re se jkun bħal xita li tinżel fuq il-ħaxix,Bħal ħalbiet taʼ xita li jsaqqu l-art.
7 Matul it-tmexxija tiegħu, il-ġusti se jirnexxu,*U l-paċi se tibqaʼ tiżdied sakemm jispiċċa l-qamar.
8 Hu se jmexxi minn baħar sa baħarU mix-Xmara* sa truf l-art.
9 Dawk li joqogħdu fid-deżert se jmilu quddiemu,U l-għedewwa tiegħu se jilagħqu t-trab.*
10 Ir-rejiet taʼ Tarsis u tal-gżejjer se jħallsu t-taxxi.
Ir-rejiet taʼ Xeba u Seba se jġibu r-rigali.
11 Ir-rejiet kollha se jmilu quddiemu,U l-popli kollha se jaqduh.
12 Għax hu se jeħles lill-fqir li jgħajjatlu għall-għajnuna,U anki lill-batut u lil min m’għandux min jgħinu.
13 Hu se jitħassar lill-batut u lill-fqir,U l-foqra se jsalvahom.
14 Hu se jeħlishom* mill-moħqrija u mill-vjolenza.
Il-ħajja tagħhom* hi prezzjuża għalih.
15 Jalla jgħix u jingħata d-deheb taʼ Xeba.
Jalla n-nies jitolbu għalih il-ħin kolluU jbirkuh il-ġurnata kollha.
16 Se jkun hemm abbundanza taʼ ċereali* fuq l-art;Fuq il-qċaċet tal-muntanji se jkun hemm iżżejjed.
L-għelieqi tar-re se jagħtu ħafna prodotti bħal-Libanu,U fil-bliet in-nies se jiżdiedu daqs il-ħaxix tal-art.
17 Jalla ismu jibqaʼ għal dejjemSakemm tibqaʼ teżisti x-xemx.
Jalla n-nies jitbierku permezz tiegħu,U jalla l-popli kollha jindunaw li hu ferħan.
18 Ħa jkun imfaħħar Alla Ġeħova, l-Alla t’Iżrael,Li hu biss jagħmel affarijiet tal-għaġeb.
19 Ħa jiġi mfaħħar għal dejjem l-isem glorjuż tiegħu,U jalla l-glorja tiegħu timla l-art kollha.
Ammen u Ammen.
20 Hawn jispiċċa t-talb taʼ David bin Ġesse.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “jiġġudika.”
^ Letteralment “jibżgħu minnek.”
^ Letteralment “jinbtu.”
^ Jiġifieri l-Ewfrat.
^ Jew “U r-Re se jirbaħ lill-għedewwa tiegħu.”
^ Jew “jifdi lil ruħhom.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “Demmhom.”
^ Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.