Salm 81:1-16

  • Iħeġġiġhom biex jobdu

    • Tqimux allat barranin (9)

    • ‘Mhux li kien tismaʼ’ (13)

Lid-direttur; fuq il-Gittit.* Għanja t’Asaf. 81  Kantaw bil-ferħ lil Alla, is-saħħa tagħna;Għajtu bil-ferħ u faħħru lill-Alla taʼ Ġakobb.   Ibdew il-mużika u aqbdu t-tanburlin,L-arpa li tagħmel ħoss sabiħ, u l-istrument tal-korda.   Doqqu l-qarn meta l-qamar ikun kwinta,Dakinhar li niċċelebraw il-festa tagħna.   Għax din hi liġi li ngħatat lil Iżrael,Kmandament tal-Alla taʼ Ġakobb,   Li ta lil Ġużeppi bħala tfakkiraMeta ħareġ kontra l-art tal-Eġittu. Jien smajt leħen* li ma stajtx nagħrfu, li qal:   “Jien erfajtlu t-tagħbija minn fuq spalltu;Neħħejtlu l-piż* minn idejh.   Int għajjattli għall-għajnuna meta kont qed tbati, u jien salvajtek;Jien wiġibtek minn ġo sħab iriegħed.* Jien għaddejtek minn prova ħdejn l-ilmijiet taʼ Meriba.* (Sela)   Isimgħuni poplu tiegħi, u jien nixhed kontrikom. Mhux li kien tismaʼ minni Iżrael!   Fostkom mhu se jkun hemm ebda alla li ma tafux,U m’intomx se tmilu quddiem alla barrani. 10  Jien hu l-Alla tagħkom, Ġeħova,Il-wieħed li ħariġkom mill-art tal-Eġittu. Jien se nitmagħkom sa ma tixbgħu. 11  Imma l-poplu tiegħi ma semax minn leħni;Iżrael ma wera l-ebda xewqa li jobdini. 12  Għalhekk, ħallejthom jagħmlu skont ma xtaqet ir-ras iebsa tagħhom;Huma għamlu dak li ħasbu li hu tajjeb.* 13  Mhux li kien il-poplu tiegħi jismaʼ minni! Mhux li kien Iżrael jimxi mad-direzzjoni li nagħtih! 14  Kieku malajr kont irrażżan l-għedewwa tagħhom;Kieku kont nirbaħ lil dawk taʼ kontrihom. 15  Dawk li jobogħdu lil Ġeħova se jmorru quddiemu u jirtogħdu bil-biżaʼ. Il-kastig tagħhom se jibqaʼ għal dejjem. 16  Imma hu se jitmagħkom* bl-aqwa qamħ,U se jagħtikom ħafna għasel minn qalb il-blat.”

Noti taʼ taħt

Jew “lingwa.”
Letteralment “il-qoffa.”
Letteralment “fil-post moħbi tar-ragħad.”
Ifisser “Argumenti.”
Letteralment “Huma mxew skont il-pariri tagħhom.”
Jiġifieri l-poplu t’Alla.